"L-imhabba li Kristu r-Raghaj it-tajjeb isawwab
fil-qlub tal-qaddejja tieghu twassal lil dawn is-sacerdoti biex
jaqdu lill-ohrajn fil-hidma appostolika, tkun xi tkun." Hekk fisser
il-hegga pastorali mqanqla mill-imhabba tal-qalb sacerdotali, il-Papa
Gwanni Pawlu II, fit-tahdita li ghamel lill-Isqfijiet Francizi
fl-1997. Huwa kien qed juri kemm hu mehtieg li s-sacerdoti ta’
zmienna jgeddu din il-hegga pastorali b’mod awtentiku. Din il-hegga
pastorali u appostolika ma tfissirx li s-sacerdot irid jimtela
b’hafna impenji u attività pastorali hekk li jidhol f’cirku ta’
attivizmu ta’ xi hadd li ma ghandux kwiet f’gismu! Din il-hegga
mqanqla mill-imhabba, li ahna nsejhulha caritas pastoralis
tohrog mill-ghana tal-hajja spiritwali tal-presbiteru b’tali mod li
taghni din il-hajja u tkun hi wkoll ghajn ta’ hajja spiritwali u
ghall-presbiteru fil-mixja tieghu lejn il-qdusija. Il-caritas
pastoralis trid tirrifletti fil-hajja tas-sacerdot dak l-ghatx
ta’ Kristu ghas-salvazzjoni tal-bnedmin. Is-sacerdot li huwa marbut
intimament ma’ Gesù ghandu jghidlek li fil-qalba ta’ ruhu huwa jisma’
l-karba ta’ Gesù lis-Samaritana u fuq is-salib: "Ghandi l-ghatx!
Aghtini nixrob!" (Gw 19, 28; 4, 7). Dan l-ghatx ta’ Gesù huwa l-ghajn
tal-vera hegga pastorali li mhijiex daqstant imqanqla mix-xewqa li
nghin lill-proxxmu u lill-persuni afdati f’idejja, daqskemm imqanqla
mix-xewqa li taqta’ dan l-ghatx ta’ Gesù. Il-caritas pastoralis
awtentika hija l-karatteristika ta’ dak is-sacerdot li l-poplu ta’
Alla jaghrfu bhala bniedem ta’ Alla ghax sacerdot qaddis ma’ jahdimx
ghal Kristu imma jaghmel l-istess hidma ta’ Kristu, jew ahjar tant
huwa mibdul fi Kristu li Kristu jahdem permezz tas-sacerdot. Gesù
qalilna li ma jsejhilniex qaddejja imma hbieb (Gw 15, 15). Issa jekk
dan jghodd ghan-Nisrani, kemm aktar ghandu jghodd ghas-sacerdot! Il-hbieb
jintrabtu b’rabta ta’ mhabba. Huwa minn din il-hbiberija ma’ Kristu
li s-sacerdot jitghallem ikun "ir-raghaj it-tajjeb" (ara Gw 10, 11)
li jfittex biss il-gid tal-merhla afdata f’idejh. Ghalhekk Gesù
iqieghed quddiemna l-kundizzjoni li nkunu bhalu "ta’ qalb helwa u
umli" (Mt 11, 29), minghajr l-ebda ambizzjoni jew kilba ghall-fama u
l-poter, ghax il-habib ta’ Gesù huwa dak li hajtu tirrifletti lil
"Bin il-bniedem li ma giex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex
jaghti hajtu b’fidwa ghall-kotra" (Mk 10, 45; Mt 20, 28) Il-Papa
Gwanni Pawlu II jqieghed din quddiem is-sacerdoti bhala wahda mid-dispozizzjonijiet
mehtiega ghall-ghiexien tassew tal-hegga appostolika (ara
Pastores dabo vobis, 21-22).
Ghaldaqstant kwalità necessarja fis-sacerdot hija l-umiltà (ara
Katekizmu tal-Knisja Kattolika, 876), li mhi xejn hlief li
wiehed jaghraf il-verità fuqu nnifsu, jigifieri li huwa jiddependi
minn Kristu li qalilna : "minghajri ma tistghu taghmlu xejn" (Gw 15,
5). Proprju minn din l-intimità profonda ma’ Kristu, li s-sacerdot
imbaghad jinghata ghal kull xorta ta’ hidma necessarja b’risq
il-poplu afdat f’idejh. Hekk li bhalma Kristu tema’ lil min kien
bil-guh, fejjaq il-morda, farrag l-imnikktin u l-imgarrbin u wassal
il-mahfra u l-imhabba kollha hniena ta’ Alla lil kulhadd, is-sacerdot
ukoll jinghata ghal kull hidma mehtiega b’risq il-poplu ta’ Alla.
Il-caritas pastoralis mela tqieghed lis-sacerdot fil-qalba u
mhux fl-gholi fuq il-Poplu ta’ Alla ghax Kristu ghamilhom ministri
tieghu biex iwasslu lill-bnedmin li hu jhobb il-hajja ta’ dejjem.
Ghaldaqstant is-sacerdot jghix il-ministeru qrib tal-poplu u jaqsam
l-istess xorti mieghu (Presbyterorum ordinis, 3).