|
Mnejn
insiru nafu lil Pawlu?
Il-figura ta’ San Pawl hi l-aktar wahda maghrufa fl-istorja
tal-Knisja Nisranija. Mnejn insiru nafu lil dan Pawlu? Jekk infittxu
fit-Testment il-Gdid insibu li tnejn huma l-ghejjun importanti li
jaghtuna hjiel dirett fuq l-Appostlu tal-Gnus: il-Ktieb ta’ l-Atti
ta’ l-Appostli u l-istess Ittri ta’ San Pawl. It-tnejn flimkien
jaghtuna materjal kotran ta’ grajjiet li sehhew fi zmien determinat
u f’ambjent storiku u geografiku maghruf. B’hekk l-istorja,
il-geografija, l-arkeologija, l-istudju ta’ l-ambjent socjali,
kulturali, politiku u religjuz ilkoll jghinuna nifhmu min kien San
Pawl, x’kien il-messagg li wassal u liema huma l-grajjiet principali
tal-hajja tieghu u l-karatteristici tal-personalità tieghu.
1.
L-Atti ta’ l-Appostli: dan il-ktieb jithaddet fit-tul
u b’mod sistematiku fuq il-persuna ta’ San Pawl. Nofs il-ktieb huwa
ddedikat ghas-sejha u ghall-hidma ta’ l-Appostlu. L-awtur tieghu
huwa San Luqa, kollaboratur ta’ Pawlu, li jikteb ukoll fuq kif
il-Kelma xterdet bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu, anki bil-hidma
wtieqa ta’ l-Appostlu tal-Gnus.
Kiteb
madwar is-sena 80 w.k., snin wara li nkitbu l-Ittri ta’ Pawlu. Luqa
ghagen flimkien il-grajjiet marbuta ma’ Pawlu: juri li l-Appostlu
kien maghzul ghal missjoni preciza, dik li jwassal, bil-qawwa ta’ l-Ispirtu
s-Santu, il-Vangelu sa truf l-art. Mela Luqa fl-Atti jaghtina
materjal li jintegra ruhu tajjeb ma’ dak li nsibu fl-Ittri biex
nibnu l-hajja ta’ Pawlu, il-hidma u l-messagg tieghu.
2.
L-Ittri: huma tlettax u jitqiesu bhala l-ghajn principali
ghall-messagg u t-teologija ta’ San Pawl, kif ukoll ghajn
indispensabbli biex nibnu l-grajjiet principali tal-hajja tieghu.
F’dawn il-kitbiet okkazjonali li jesprimu sikwit sitwazzjoni
konkreta u l-bzonn tal-mument tad-diversi Knejjes u persuni li
lilhom Pawlu jikteb u li fihom sikwit jiddefendi ruhu minn dawk li
haduha kontrieh, huma ghajn tajba hafna biex nifhmu ahjar lil Pawlu.
Juri min hu, kemm Kristu kien biddillu hajtu fit-triq lejn Damasku,
x’kien jemmen, u l-preokkupazzjoni kontinwa li kellu ghall-knejjes
tieghu. Il-gabra ta’ l-Ittri hija tezor kbir u fihom wiehed jilmah
b’mod car l-izvilupp tal-Knisja Nisranija fil-bidu bikri taghha.
Huma xhieda prezzjuza tad-djalogu miftuh bejn l-Appostlu u l-Knejjes
tieghu.
Joffrulna kuntatt haj u dirett mal-personalità ta’
l-Appostlu tal-Gnus, l-esperjenzi differenti tieghu, il-messagg,
il-hsieb u l-intimu tieghu.
P.
Marcello Ghirlando OFM
|