|
Waqaftlu f'wiccu!
Gal 2:11
Ma’ tmiem il-Koncilju, Pawlu u Barnaba, il-kollaboraturi taghhom,
flimkien ma’ Guda Barsaba u Sila, mibghuta mill-Knisja ta’
Gerusalemm, regghu lura f’Antjokja. Hemm laqqghu l-gemgha u tawhom
l-ittra, qrawha u ferhu ghall-farag li tathom. Guda u Sila, li kienu
wkoll profeti, farrgu lill-ahwa u wettquhom b’hafna kliem (Atti 15:
30-32). Pawlu u Barnaba baqghu Antjokja jghallmu u jxandru l-Bxara
t-Tajba tal-Kelma ta’ Alla. Kien aktarx f’dan iz-zmien li Pawlu,
f’Antjokja, canfar lil Pietru ghal imgibtu.
Aktarx ghall-habta ta’ nofs is-sena 50 w.K. Pietru mar Antjokja.
Aktarx li ried jaghmel esperjenza hajja tal-hidma appostolika ta’
Pawlu u Barnaba fi hdan komunitą Nisranija mhallta. Hu wkoll kien
digą kellu esperjenza ma’ l-Insara ta’ nisel pagan (Atti 10: 1-48) u
hu wkoll kien qed jiekol mal-gnus (Gal 2: 12) waqt din iz-zjara
fraterna.
Niftakru li skond il-Ligi ta’ Mosč l-Lhud ma kinux jieklu
mal-pagani. Kienet il-fidi Nisranija li waqqghet kull hajt li kien
jifred Lhud u pagani.
Izda l-prudenza eccessiva ta’ Pietru, ikkawzata mill-prezenza
ta’ xi Lhud-Insara, gaghlitu jwarrab milli jiekol ma’ l-Insara ta’
nisel pagan; il-konsegwenzi kienu gravi ghax kien hemm ohrajn li
ghamlu bhalu! Il-Lhud l-ohra bdew jimxu bl-ucuh bhalu, u sahansitra
Barnaba halla ruhu jithajjar minnhom bil-wiri ta’ haga b’ohra (Gal
2: 12-13).
Dan qanqal dispjacir fil-komunitą Nisranija ta’ Antjokja li
f’Pietru raw bniedem dghajjef, mhux kapaci jkun koerenti
ghall-Kerygma centrali tal-fidi Nisranija – fi Kristu jintemmu
d-differenzi razzjali, personali u religjuzi.
Pawlu hadha bl-ahrax kontra Pietru u l-kompromess mal-veritą
tal-Vangelu (Gal 2: 14) u ghamel diskors car u iebes li fih
jiddefendi l-gustifikazzjoni bil-fidi fi Kristu f’oppozizzjoni
ghall-opri tal-Ligi ta’ Mosč li bihom ebda bniedem ma hu ggustifikat
(Gal 2: 14-21). Meta Kefa gie Antjokja, jiena waqaftlu f’wiccu,
ghaliex kellu tort (Gal 2: 11).
Pawlu ma jitkellimx fuq ir-reazzjoni u t-twegiba ta’ Pietru
izda jidher li Pietru, wara li gharaf li l-hafna prudenza umana
setghet twassal ghall-kompromess tal-Vangelu, rega’ zamm ma’ dak li
ntqal fil-Koncilju ta’ Gerusalemm (ara: Diskors ta’ Pietru, Atti 15:
6-11) u d-digriet appostoliku (Atti 19: 15-21). Dan ma kien bl-ebda
mod xi impozizzjoni ta’ osservanza minima tal-Ligi, imma mod ta’ kif
fil-prattika tithares l-imhabba u l-ghaqda bejn l-Insara ta’ nisel
Lhudi u dawk ta’ nisel pagan fil-Knisja tal-bidu.
P.
Marcello Ghirlando OFM
|