Il-Kelma ta’ Alla hi hajja u qawwija, u tgharbel il-hsibijiet u l-fehmiet tal-qalb

It-tieni vjagg missjunarju (I)
Atti 15: 36-18:22

Din id-darba Pawlu jitlaq flimkien ma’ Sila, wara li tlewwem ma’ Barnaba li mbaghad telaq jahdem fil-gzira ta’ Cipru: Pawlu ghazel ghal mieghu lil Sila u telaq wara li l-ahwa rrikmandawhom f’idejn il-hniena tal-Mulej. U Pawlu, li dejjem kellu fi hsiebu l-Knejjes li kien digà waqqaf, dar is-Sirja u c-Cilicja kollha, iwettaq il-Knejjes (Atti 15: 40-41). F’Listra Pawlu ltaqa’ maz-zaghzugh Timotju u siehbu mieghu fil-missjoni tieghu.

     Pawlu mbaghad haseb biex jiftah il-qasam tax-xoghol tieghu. Ghal din ir-raguni huwa u Sila marru lejn il-Frigja u l-Galazja bl-intenzjoni li jilhqu xi belt importanti tal-Provincja Rumana ta’ l-Asja Prokonsolari. Izda Pawlu marad. Hu approfitta minn dan iz-zmien biex jevangelizza l-inhawi tal-Galazja u jwaqqaf komunitajiet Insara godda (Gal 4: 13-14).

     Fl-inhawi tal-Misja, ippruvaw jidhlu f’Bitinja, imma l-ispirtu ta’ Gesù ma hallihomx. Ghalhekk nizlu Troas. Alla jqawwi lil Pawlu permezz ta’ dehra u jurih fejn kellu jipprietka: Bil-lejl Pawlu kellu vizjoni ta’ ragel mill-Macedonja, wieqaf u jitolbu hekk: Ejja l-Macedonja u ghinna! (Atti 16: 9). Fi Troas Pawlu jiltaqa’ ma’ Luqa, li kien jaf tajjeb il-Macedonja u l-Grecja u jsir kollaboratur tieghu.

     Il-missjunarji jaslu fil-belt ta’ Filippi. Sinagoga ma kienx hemm imma fejn ix-xmara, fejn kienu ltaqghu xi nisa jitolbu: hemmhekk il-grazzja tmiss lil Lidja, li tghammdet hi u l-familja taghha (Atti 16: 15) u mid-dar taghha Pawlu u shabu baqghu jahdmu ghal xi ftit xhur. Jidher li kien zmien li halla hafna frott ghax hawn Pawlu waqqaf komunità Nisranija hajja, li tant habb (ara: Fil 1: 3-11; 4: 10-20), u li ghenitu fil-mumenti li l-aktar kellu bzonn. Wara li Pawlu kecca spirtu hazin li kien jaqra x-xorti permezz ta’ tfajla lsira, Pawlu u l-kumpanija tieghu jaqilghu xebgha u jintbaghtu l-habs! Luqa jirrakkonta kif inhelsu b’mod mirakuluz, miraklu li qanqal il-fidi fl-ghassies li wkoll tghammed hu u niesu kollha (ara: Atti 16: 30-34).

     Minn Filippi Pawlu u shabu marru fil-belt ta’ Tessalonika. Pawlu hawn ihabbar il-fidi lil-Lhud u mbaghad lill-pagani, u wara li sab xoghol fil-belt, kien imur fis-sinagoga jxandar lil Kristu. Uhud emmnu, ohrajn haduha bl-ahrax kontra Pawlu u Sila. Hemmhekk damu tliet xhur, b’hidma li halliet il-frott f’dawk li laqghu minn qalbhom il-Kelma ta’ Alla (1 Tess 2: 13). Minn hemm Pawlu u shabu kellhom jitilqu hesrem minhabba l-oppozizzjoni tal-Lhud li ma emmnux.

P. Marcello Ghirlando OFM
 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn