Iftahli ghajnejja, Mulej, ha nara l-ghegubijiet tal-ligi tieghek.

It-tieni vjagg missjunarju (2)
Atti 15: 36-18:22

Wara li Pawlu u shabu telqu hesrem minn Filippi huma marru l-Berija fejn kien hemm kolonja Lhudija li skond l-Atti kienu nies ta’ qalb kbira aktar minn dawk ta’ Tessalonika, dawn laqghu l-kelma bil-hegga kollha, u kuljum bdew iqallbu l-Iskrittura biex jaraw dak li semghu kienx minnu. Ghalhekk hafna minnhom emmnu, fosthom ghadd gmielu ta’ Griegi, irgiel kif ukoll nisa nobbli (17: 11-12). Imma xi Lhud mibghuta minn Tessalonika gew jehduha bl-ahrax ma’ Pawlu tant li l-Appostlu ntbaghat Ateni wahdu.

     Kemm dam Ateni jistenna lil Sila u lil Timotju kien jinkedd fih innifsu jara l-belt mimlija idoli (Atti 17: 16). F’Ateni Pawlu kien imur fis-sinagoga jiddiskuti mal-Lhud u ddiskuta anki ma’ l-Atenin fis-suq tal-Belt. Meta semma l-qawmien minn bejn l-imwiet xi whud minnhom bdew jidhku u ohrajn qalu: nergghu nisimghuk fuq dan darb’ohra (Atti 17: 32).

     Wara dan Pawlu halla Ateni u mar Korintu. Hemmhekk issieheb ma’ Akwila u Prixxilla u maghhom hadem it-tined. Meta Sila u Timotju waslu mill-Macedonja ta ruhu kollu kemm hu ghax-xandir tal-Kelma u kien jixhed lil Lhud li Gesł hu l-Messija (Atti 18: 4-5). Hafna Lhud ma accettawx il-messagg u ghalhekk Pawlu baqa’ jahdem, ixandar il-kelma lill-pagani ghal sena u sitt xhur shah. Il-Mulej sahhu b’dehra: la tibzax, imma tkellem u tiskotx ghax jiena mieghek, u hadd mhu sa jmidd idu fuqek biex jaghmillek hsara; ghax poplu kbir hawn ghalija f’din il-belt (Atti 18: 9-10).

     Minn Korintu Pawlu jikteb l-I u t-II Ittra lit-Tessalonkin biex isahhilhom il-fidi fit-tieni migja tal-Mulej u kif ghandhom jishru u jitolbu fil-konkret ta’ hajjithom.

     Is-success ta’ Pawlu f’Korintu qanqal il-ghejra tal-Lhud. Wara li pprovaw jakkuzawh bla success quddiem il-Prokonslu Galljon, Pawlu baqa’ hemm fit-tul. Fi tmiem il-missjoni, flimkien ma’ Akwila u Prixxilla, infired mill-ahwa u rhielha bil-bahar lejn is-Sirja. Waqaf Efesu u hemm iddiskuta mal-Lhud fis-sinagoga u riduh jibqa’ hemm. Imma Pawlu ried jerga’ lejn Antjokja.

     Kienet il-harifa tas-sena 52 w.K, u wara li sellem ukoll il-Knisja f’Cesarija, wasal f’Antjokja meta kienet ix-xitwa. Dat-tieni vjagg missjunarju dam sentejn. Matulhom Pawlu sahhah il-Knejjes imwaqqfa fl-ewwel vjagg u fetah qasam ta’ xoghol gdid fl-Macedonja u l-Akaja.

P. Marcello Ghirlando OFM
 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn