Jekk xi hadd ihobbni, ihares kelmti, jghid il-Mulej; u Missieri jhobbu, u ahna nigu ghandu

It-tielet vjagg missjunarju
Atti 15: 23-20:38

Kienet ir-rebbiegha tas-sena 53 WK meta Pawlu jibda t-tielet vjagg missjunarju tieghu li bhala skop aktarx li kellu l-belt ta’ Efesu. Huwa ma marx bil-bahar imma ghazel it-triq it-twila fuq l-art biex jasal hemmhekk. Dan ghamlu biex jerga’ jzur il-knejjes tal-Galazja u l-Frigja li hu kien waqqaf matul it-tieni vjagg missjunarju.

     F’Efesu Pawlu ltaqa’ ma’ grupp ta’ dixxipli li hu nduna li kienu laqghu lil Gesł bhala l-Messija mwieghed minghajr ma kienu rcevew katekezi Nisranija, il-Maghmudija fl-Isem ta’ Gesł u t-tqeghid ta’ l-idejn bid-don ta’ l-Ispirtu s-Santu. Hu ghalhekk hejjihom u ghammidhom.

     Wara li ghal tliet xhur kien imur fis-sinagoga jxandar lil Gesł lil-Lhud u whud webbsu rashom, hu telaq minn maghhom, gabar mieghu d-dixxipli, u kien joqghod jitkellem maghhom kuljum fl-iskola ta’ wiehed jismu Tirannu.

     Pawlu nnifsu aktar tard jistqarr li l-attivitą tieghu f’Efesu kienet intensa, meta jkellem il-presbiteri ta’ l-Asja Prokonsolari f’Miletu (ara: Atti 20: 17-38). Hu ghallem b’impenn, fil-pubbliku u fil-privat, f’nofs hafna perikli u billi hu nnifsu haseb ghall-bzonnijiet tieghu. Il-hidma tieghu damet ftit aktar minn sentejn. Flimkien ma’ Timotju u Erastu, li ntbaghtu fil-Macedonja, Gaju u Aristarku, li ntbaghtu Kolossi, Laodikija u Gerapoli, Pawlu waqqaf u sahhah il-knejjes ta’ l-Asja Prokonsolari u ghamel b’tali mod li dawk kollha li kienu joqoghdu fl-Asja, kemm Lhud u kemm Griegi, semghu l-Kelma tal-Mulej (Atti 19: 10).

     Kien proprju f’dan iz-zmien li Pawlu hass il-bzonn li jikteb kemm lill-Insara ta’ Korintu kif ukoll lill-Insara tal-Galazja. Lill-Korintin biex ma jithalltux ma’ nies medhija fil-vizzju, ma jinqasmux f’partiti bejniethom u biex iwiegeb ghal diversi kwistjonijiet prattici li l-istess Korintin talbuh jaghtihom kelma fuqhom ma’ ittra li kienu baghtu ma’ Stefana, Akajku u Fortunat. Lill-Galatin biex jinsisti li Kristu biss huwa s-salvazzjoni wahdanija ghan-Nisrani li bil-qawwa ta’ twemminu huwa hieles. F’din l-istess ittra Pawlu jaghmel apologija ta’ l-appostolat tieghu.

     Il-hidma ta’ Pawlu f’Efesu tintemm b’esperjenza qarsa: l-argentiera ta’ Efesu, immexxija minn Demetriju, qajmu rvell kontra Pawlu. Hija opinjoni komuni li Pawlu daq il-habs f’Efesu. Probabbilment kienet esperjenza qasira li matulha Pawlu jirnexxilu jikteb lill-Filippin biex isahhahhom fil-fidi u jroddilhom hajr tal-ghajnuna li baghtulu. Sakemm telaq rega’ kiteb ittra ohra lill-Korintin miktuba b’ghafsa ta’ qalb u bid-dmugh (2 Kor 2: 4), ittra li ntilfet jew twahhdet mat-2 Korintin li ghandna f’idejna llum.

P. Marcello Ghirlando OFM
 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn