|
It-tielet vjagg missjunarju
Atti 18: 23-20:38
Malli halla Efesu Pawlu telaq ghal Troas minn fejn ried jasal
sal-Macedonja. Hemmhekk stenna lil Titu biex igiblu ahbarijiet
mill-Knisja ta’ Korintu. Meta ma sabux telaq ghal Macedonja. Lil
Titu sabu Filippi u wara li dan wassallu ahbarijiet tajba minn
Korintu, hejja ruhu biex jerga’ jmur hemm billi kiteb it-2 Korintin
li ghandna f’idejna llum u rega’ baghatha ma’ Titu.
Wara li zar il-Knejjes ta’ Filippi, Tessalonika u Berija, Pawlu
ma damx fil-Macedonja, fejn huwa u ghaddej minn dawk l-inhawi,
kien iheggeg lid-dixxipli b’hafna kliem (Atti 20: 2). Sadattant
wasal il-Grecja u sakemm stenna li jghaddu t-tliet xhur tax-xitwa
biex ikun jista’ jaqbad il-gifen ghas-Sirja kiteb l-Ittra
lir-Rumani. Din kellha sservi bhala thejjija ghall-vjagg li hu tant
xtaq jaghmel biex izur lil din il-komunitą Nisranija.
Fir-rebbiegha tas-sena 58 WK, meta Pawlu kien sa jitlaq
ghas-Sirja bil-gifen minn Kenkre, il-Lhud nasbu konfoffa kontra
tieghu, u ghalhekk ghamel il-hsieb li jerga’ lura u jghaddi
mill-Macedonja (Atti 20: 3). Wara li ccelebra l-Ghid f’Filippi
telaq ghal Troas u hemm iltaqa’ mal-kollaboraturi tieghu. Wara li
mar Assos, shabu tellghuh fuq il-gifen sakemm waslu Miletu. Billi ma
riedx idum fl-Asja biex jasal Gerusalemm ghall-Festa ta’ Ghid
il-Hamisn, Pawlu baghat lil shabu jsejhu l-presbiteri tal-Knisja ta’
Efesu biex isellmilhom ghall-ahhar darba (ara Atti 20: 13-17).
Id-diskors li jaghmel Pawlu f’Miletu jitqies bhala t-Testment
Pastorali tieghu. Huwa diskors li ghandu ton kunfidenzjali u
personali li jixhed ghall-ispirtu uman u appostoliku ta’ l-Appostlu
tal-Gnus. Fid-diskors tieghu Pawlu jitkellem fuq kemm kien hadem
fl-Asja Prokonsolari; juri x-xewqa tieghu li jilta’ Gerusalemm, anki
jekk kien jaf li kien sa jbati; jehodha kontra l-ghalliema foloz u
jerhi l-Knisja f’idejn Alla u l-Kelma tal-grazzja tieghu. Kif
temm jghid dan nizel gharkobbtejh jitlob maghhom ilkoll. Imbaghad
infexxew f’bikja kbira u bdew jghannqu lil Pawlu u jbusuh (Atti
20: 36-37).
Kemm f’Tir u kemm f’Cesarija, l-ahwa hegguh biex ma jitlax
Gerusalemm. Imma Pawlu kien deciz: Ghalfejn qeghdin tibku u
tiksruli qalbi? Jiena lest biex ghall-isem ta’ Gesł, mhux biss
jorbtuni f’Gerusaelmm, imma wkoll jaghtuni l-mewt. Billi ma ried
jisma’ b’xejn, ahna skitna u ghidna biss: Tkun maghmula r-rieda
tal-Mulej! (Atti 21: 13-14).
P.
Marcello Ghirlando OFM
|