Missier Sidna Gesł Kristu jdawlilna l-ghajnejn ta’ qalbna, biex naghrfu x’inhi t-tama tas-sejha taghna. Hallelujah!

Processi u difizi f'Gerusalemm
Atti 21: 17-23:22

Mal-wasla tieghu f’Gerusalemm Pawlu gharraf lill-Knisja-Omm fuq il-hidma appostolika tieghu. Gakbu u l-presbiteri tal-Knisja, biex juru li Pawlu ma kienx kontra l-Gudaizmu, kif kienu qeghdin jixluh, ipproponewlu biex jaghmilha ta’ parrinu lil erba’ Nsara ta’ nisel Lhudi fil-weghda tan-Nazireat li kienu ghamlu.

     Kienu l-jiem tal-festa ta’ Ghid il-Hamsin. Xi Lhud li kienu gew mill-Asja aktarx gharfu lil Pawlu u ’l Trofimu fil-bitha tat-Tempju u fil-mument opportun xewxu l-poplu kollu u meddew idejhom fuqu: il-belt kollha tqanqlet... qabdu lil Pawlu, kaxkruh ’il barra mit-tempju u ghalqu malajr il-bibien (Atti 21: 30). Kellu jkun fizzjal Ruman li jsalva lil Pawlu mill-qilla tal-poplu. Fit-tarag tal-Fortizza Antonja, it-Tribun Lisja jaghti permess lil Pawlu jiddefendi ruhu. Pawlu jaghmel diskors bl-Aramajk u pprova juri ghaliex kien qieghed ixandar lil Kristu lill-pagani. Sa hawn qaghdu jisimghuh. Imbaghad qabdu jghajtu u jghidu: Eqirduh mid-dinja, bniedem bhal dan! Ma haqqux jghix! (Atti 22: 22-23).

     Wara li Pawlu stqarr li kien cittadin Ruman, u ghalhekk il-fizzjal ma kellu l-ebda dritt isawtu minnghajr process regolari, il-fizzjal ordna li Pawlu jidher quddiem is-Sanhedrin. Quddiem din l-awtoritą religjuza Lhudija Pawlu jiddefendi ruhu u jirnexxilu jgelled is-Sadducej mal-Farizej. Hu li kien Farizew stqarr: hu ghalhekk li qieghed isir haqq minni, minhabba t-tama fil-qawmien minn bejn l-imwiet. Kif qal hekk, qamet tilwima bejn il-Farizej u s-Sadducej u l-gemgha nqasmet (Atti 23: 6-7), tant li l-fizzjal Ruman kellu jiehu ’l barra lil Pawlu.

     F’dawn il-mumenti iebsa, il-Mulej stess qawwa lil Pawlu: Fil-lejl ta’ wara, il-Mulej deherlu u qallu: Aghmel il-qalb! Kif tajt xhieda ghalija f’Gerusalemm, hekk ukoll jehtieg li taghti xhieda f’Ruma (Atti 23: 11).

     Il-Lhud ma hallewhx bi kwietu. Grupp ta’ erbghin ghamlu kumplott li la jieklu u lanqas jixorbu qabel ma joqtlu lil Pawlu huwa u qed jittiehed lejn is-Sanhedrin ghal process iehor. Imma t-tifel ta’ oht Pawlu sema’ bin-nasba taghhom (Atti 23: 16), gharraf lil zijuh li dritt baghtu ghand il-fizzjal. Kien ghalhekk li dan iddecieda li jibghat lil Pawlu ghand il-gvernatur f’Cesarija. Ma’ Pawlu baghat mitejn suldat, sebghin kavalier u mitejn suldat ieor bil-lanza, flimkien ma’ zewg centurjuni, bl-ordni li jitilqu fid-disgha ta’ bil-lejl (ara Atti 23: 23-35).

P. Marcello Ghirlando OFM
 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn