Infahhrek, Mulej, Sid is-sema u l-art, ghax int gharraft liz-zghar il-misteri tas-saltna.

Processi u difizi f'Cesarija
Atti 23: 31-26:31

Mal-wasla tieghu f’Cesarija, il-gvernatur Felic qallu li kien sa jisimghu malli jaslu dawk li kienu qed jixluh. Hamest ijiem wara nizel il-qassis il-kbir Hananija ma’ xi whud mix-xjuh u ma’ avukat jismu Tertullu. Hu akkuza lil Pawlu li kien qed ixewwex il-Lhud bhala wiehed mill-mexxejja tan-Nazarin.

     Pawlu jiddefendi ruhu u jistqarr li kienu qed jakkuzawh ghal motiv religjuz: jiena nemmen fit-triq tal-Mulej, li huma jghidulha setta – jiena naqdi lil Alla ta’ missirijietna u nemmen dak kollu li hemm fil-Ligi u l-Profeti (Atti 23: 14). F’dal-process Felic jidher li kien favur Pawlu, imma ma helsux minhabba l-Lhud. Hu stess mar ghand Pawlu ma’ martu Drusilla li kienet Lhudija u semghu jitkellem fuq il-veritajiet tal-hajja l-gdida fi Kristu. Izda l-hajja korotta u materjalista ta’ Felic zammitu milli jilqa’ l-fidi u l-kilba tieghu ghall-flus gaghlitu jzomm b’ingustizzja kbira ’l Pawlu ghal sentejn fil-habs minghajr ma kompla l-process, sakemm spicca l-mandat tieghu fil-Palestina.

     Porcjus Festus malajr ha l-kaz ta’ Pawlu f’idejh. Quddiem l-akkuzi tal-Lhud Pawlu ddefenda ruhu: Jiena ma nqast xejn, la kontra l-ligi tal-Lhud, la kontra t-tempju u lanqas kontra Cesari (Atti 25: 8). Wara li Festu staqsa lil Pawlu jekk riedx jitla’ quddiem is-Sanhedrin f’Gerusalemm, ghax kien fehem li din kienet kwistjoni religjuza, Pawlu, li kien jaf li jekk jitla’ kienu zgur joqtluh, jappella li l-process tieghu isir quddiem Cesari. Festu jilqa’ t-talba ta’ Pawlu: Inti appellajt ghal quddiem Cesari, u quddiem Cesari tmur (Atti 25: 11). Hu ghalhekk kellu jiehu hsieb jibaghtu Ruma, taht kustodja militari, jigifieri akkumpannjat dejjem minn suldat Ruman.

     Sakemm saru t-thejjijiet Pawlu kellu l-opportunitą li jitkellem u jiddefendi ruhu quddiem is-Sultan Agrippa u ohtu Berenici li waslu Cesarija biex jaghtu merhba lil Festu. Pawlu jirrakkonta s-sejha tieghu u l-hidma biex ixandar lil Gesł lil kulhadd: Bil-ghajnuna li kelli minghand Alla jien bqajt sa dan il-jum nixhed... dak li l-Profeti u Mosč qalu li kellu jsir, jigifieri li l-Messija kellu jbati u jkun l-ewwel wiehed li jqum mill-imwiet, u jhabbar id-dawl kemm lill-poplu ta’ Israel u kemm lill-pagani (Atti 26: 22-23). Quddiem dil-kelma Festu stqarr: Int mignun Pawlu! L-gherf tieghek qieghed igennek! (Atti 26: 24) Mill-banda l-ohra Agrippa stqarr: Ftit jonqsok biex tipperswadini u taghmilni Nisrani (Atti 26: 28).

P. Marcello Ghirlando OFM

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn