|
Jahtieg li taghti xhieda f'Ruma
Atti 27: 1-28:31
Pawlu beda l-vjagg ghal Ruma ma’ Luqa u Aristarku minn Tessalonika,
flimkien ma’ xi habsin ohra, taht il-harsien tac-centurjun Gulju
tar-rigment ta’ Awgustu. Il-gifen minn Adiamiti waqaf l-ewwel
f’Sidon, fejn Pawlu nizel izur lill-ahwa. F’Mira, f’Licja,
ic-centurjun sab gifen minn Lixandra li kien sejjer l-Italja, u
tellaghna fuqu (Atti 27: 7). Ix-xitwa kienet bdiet u Pawlu wissa
li ahjar ma jkomplux ibahhru minn Kreta. Imma l-parir tieghu waqa’
fuq widnejn torox.
Il-gifen malajr sab lilu nnifsu f’nofs grigalata li ghal naqra
ma tefghetux fuq il- gzira ta’ Kawdi. Kellhom itellghu d-dghajsa u
billi kienu nizzlu l-qlugh hallew il-mewg igorrhom. Intefghet
it-taghbija l-bahar biex il-gifen seta’ jaffronta ahjar il-maltemp.
F’nofs maltempata kbira kien Pawlu biss li ghamel il-qalb lil
kulhadd: Inwissikom biex taghmlu l-qalb... ghax dal-lejl deherli
anglu tal-Mulej... u qalli: Tibzax Pawlu. Jehtieg li int tidher
quddiem Cesari; ara, Alla tak il-grazzja li dawk kollha li qeghdin
jivvjaggaw mieghek isalvaw... Jehtieg li nahbtu ma’ gzira (Atti
27: 21-26).
U hekk gara tabilhaqq. Fil-provvidenza ta’ Alla, bis-sahha
tan-nawfragju, Pawlu jasal Malta u jibqa’ hawn tliet xhur shah,
tliet xhur li fihom skond id-dettalji sommarji li jaghtina San Luqa,
Pawlu certament wassal il-Bxara t-Tajba lil missirijietna: Meta
hlisna mill-gharqa, sirna nafu li l-gzira kien jisimha Malta.
In-nies taghha giebu ruhhom maghna bi hlewwa li ma bhalha... F’dawk
l-inhawi kien hemm l-oqsma tal-princep tal-gzira, li kien jismu
Publju. Dan laqaghna u bil-qalb kollha zammna ghandu tlitt ijiem...
qieghed idejh fuqu (missieru) u fejqu. Wara dan imbaghad bdew jersqu
ghandu l-morda l-ohra tal-gzira, u hu fejjaqhom. Urewna gieh kbir, u
meta gejna biex nitilqu, ghabbew fuq il-gifen kull ma konna nehtiegu
(Atti 28: 1-10).
Fil-vjagg lejn Ruma Pawlu waqaf tlitt ijiem Sirakuza, ghadda
minn Reggju, u minn Putijoli waslu Ruma. Wara tlitt ijiem Pawlu
laqqa’ l-kapijiet tal-Lhud fid-dar. F’laqgha ohra kien hemm min
emmen u ohrajn le.
Wara s-sentejn li ghadda f’Ruma, il-grajjiet li ghadda minnhom
Pawlu nsibu hjiel taghhom fl-Ittri Pastorali. Dawn huma: permanenza
ta’ Pawlu f’Efesu, vjagg qasir fil-Macedonja, permanenza qasira fi
Kreta, zjara f’Nikopoli ta’ l-Epiru, vjagg fi Spanja u l-ahhar
prigunija f’Ruma li twasslu ghall-martirju lejn is-sena 67 WK.
Pawlu, l-Appostlu tal-Gnus, li b’hajtu kollha kien xehed ghal
Kristu, jitwahhad mieghu sal-mewt u jikseb il-premju tant mixtieq:
Kristu jsir il-hajja tieghu ghal dejjem.
P.
Marcello Ghirlando OFM |