Gesł xandar il-Bxara t-Tajba tas-Saltna, u fejjaq kull xorta ta’ mard fil-poplu

“Jiena Lhudi minn Tarsu”

     Hu San Pawl innifsu li jigbor fi ftit kliem l-identitą tieghu quddiem l-awtoritą Rumana: “Jiena Lhudi; twelidt f’Tarsu tac-Ēilicja, cittadin ta’ belt maghrufa” (Atti 21: 37-39).

     Pawlu twieled bejn is-sena 5 u 10 wara Kristu. “Jiena twelidt fil-poplu ta’ Israel, mit-tribł ta’ Benjamin, Lhudi mil-Lhud” (Fil 3: 5); fit-tmien jum ghamlulu c-cirkoncizjoni u semmghuh Sawl (‘mitlub minn Alla’), isem li ha l-ghamla Griega ta’ Saulos. Inghata wkoll it-tieni isem, Paulus, bil-Latin, isem li juza l-Appostlu fl-Ittri tieghu, u hekk ukoll jaghmel San Luqa minn Atti 13: 9 ’l quddiem.

     Il-formazzjoni kulturali ta’ Pawlu sehhet skond il-hsieb tal-Mishnah: beda jaqra l-Bibbja ta’ hames snin, ta’ ghaxra beda l-qari tal-Mishnah, ta’ tlettax kien obbligat ghall-harsien tal-kmandamenti u ta’ hmistax beda l-istudju u l-qari tat-Talmud. Billi kien minn Tarsu, il-qari tal-Bibbja kien isir mill-verzjoni Griega tas-LXX, li jfisser li studja tajjeb il-Grieg, minbarra l-Ebrajk u l-Aramajk biex seta’ jaqraha fl-ilsna originali. Il-formazzjoni tieghu kienet ikkumplimentata billi Pawlu tghallem sengha: dik li jaghmel it-tined (ara: 1 Tes 2: 9; 2 Tes 3: 8; 1 Kor 4: 12 u Atti 20: 34).

     Wahda mill-esperjenzi l-aktar importanti fil-formazzjoni ta’ Pawlu meta kellu daqs sittax-il sena, certament kienet l-esperjenza akkademika tieghu ghal erba’ snin f’riglejn Gamaljel (Atti 22: 3), mghallem kbir, gharef u moderat. Fl-istudju tal-Ligi jidher li Pawlu, li kien Farizew, ghamel progress kbir, kif jistqarr hu stess, tant li sar bniedem tassew imheggeg ghat-tradizzjonijiet ta’ missirijietu: “Tharrigt bir-reqqa fil-harsien tal-Ligi ta’ missirjietna” (Atti 22: 3; Gal 1: 13-14), tant li ried jiddefendi l-Gudajizmu mit-theddida tal-fidi Nisranija fil-bidu taghha (Atti 9: 1-2).

     Bejn is-snin tal-formazzjoni tieghu u s-sena tat-thaggir ta’ Stiefnu (Atti 7: 54-60) ma nafu xejn fuq il-hajja ta’ Pawlu. Li nistghu nghidu huwa dan: anki jekk il-Gudajizmu kien jinsisti hafna fuq iz-zwieg, ma ghandniex hjiel li Pawlu kien mizzewweg (ara 1 Kor 7: 8). Jista’ jkun li Pawlu ma zzewwigx biex jinghata kollu kemm hu ghall-istudju tal-Ligi. Jekk Pawlu ltaqax ma’ Gesł storiku nistghu biss naghmlu suppozizzjoni: hu probabbli li Pawlu telaq minn Gerusalemm qabel ma Gesł beda l-ministeru pubbliku tieghu. Il-hjiel li nsibu f’1 Kor 3: 1 u 15: 8 fejn Pawlu jitkellem fuq il-laqgha tieghu mal-Mulej jirreferu ghall-esperjenza tieghu fit-Triq lejn Damasku.

 P. Marcello Ghirlando OFM

 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn