|
L-Ittra lill-Kolossin
Kristu fuq kollox
L-Ittra lill-Kolossin hija
maghmula minn erba’ kapitli: hija qasira imma importanti hafna
ghat-teologija taghha.
L-Ittra tibda b’dik li tissejjah “liturgija
epistolari”, minhabba r-radd ta’ hajr ta’ Pawlu fil-vrus 3-8 u
l-innu lil Kristu Kap tal-univers fil-vrus 13-20, innu li jaghti
karatteristika specjali lit-ton tal-ittra kollha. Dak li hu
ccelebrat fl-innu jitwettaq fil-ministeru tal-Appostli fi hdan
il-knisja (1: 24-2: 5). Interesanti hija l-ezortazzjoni ta’ Pawlu fi
2: 6-3: 4, fejn iheggeg lid-destinatarji tieghu biex quddiem
l-imghallmin foloz, jifhmu l-helsien taghhom frott il-maghmudija;
il-hajja l-gdida moghtija permezz tal-maghmudija tiehu mbaghad sura
konkreta fil-hajja tal-bniedem il-gdid (3: 5-4: 6).
Mill-ittra nistghu niddeducu li Pawlu, mizmum
fil-habs (4: 3, 10, 18) jikteb din l-ittra lill-insara ta’ Kolossi
(1: 2), belt li hu qatt ma kien zar. Il-belt ta’ Kolossi kienet
tinsab fil-Frigja, fl-Asja Minuri, daqs 200 km fil-lvant ta’ Efesu.
Meta Pawlu kien Efesu (Atti 19), id-dixxiplu tieghu Epafra, kien
waqqaf il-Knisja ta’ Kolossi (4: 12), flimkien ma’ dik ta’ Gerapoli
u Laodikija (4: 13). Infurmat bis-sitwazzjoni tal-insara f’Kolossi
minn Epafra, Pawlu baghat lil Tikiku (4: 7-8) u lil Onezimu (4: 9)
b’ahbaru u b’ezortazzjoniet.
Pawlu, skont il-ftit dettalji li ghandna
fl-Ittra, jehodha kontra xi ideat aktarx immexxija mil-Lhud-Insara,
ideat li fit-tieni seklu kellhom isibu l-espressjoni taghhom
fl-injosticizmu.
Diversi huma l-istrutturi li nghataw lill-Ittra:
l-aktar wahda accettata hija dik li taqsam l-ittra semplicement fi
tliet partijiet: 1: 1-12 introduzzjoni jew preskritt; l-ewwel parti
f’1: 3-2: 5; it-tieni parti fi 2: 6-23; it-tielet parti 3:1-4: 6;
b’konkluzjoni f’4: 7-18.
L-idea teologika fundamentali tal-ittra hija dik ta’
1: 5: “minhabba fit-tama li hemm tistenniekom fis-smewwiet, li intom
smajtu biha meta thabbritilkom l-ewwel darba l-kelma tas-sewwa
tal-Evangelju.” Hija t-TAMA l-idea fundamentali tal-Ittra. It-tama
hija mibnija fuq dak li Alla ghamel mal-Iben biex fih tghix il-milja
tad-divinità (1: 9-20); fuq dan hija mibnija l-fidi u l-perseveranza
tal-Kolossin (2: 6-15). Huma wkoll jiehdu sehem fil-milja
tad-divinità li hemm fi Kristu permezz tal-maghmudija; hu ghalhekk
li fi 2: 16-26 u fi 3: 1-17 jurihom ukoll il-konsegwenzi prattici
tal-fidi, konsegwenzi li huma espressjoni tas-sehem ta’ min jemmen
fil-milja ta’ Alla fi Kristu.
P.
Marcello Ghirlando OFM |