Fidil il-Mulej f’kull kelma tieghu, twajjeb fl-ghemil tieghu kollu.

Fit-triq lejn Damasku

Hi l-grajja l-aktar importanti fil-hajja ta’ Pawlu (ara: Atti 1: 1-19; 22: 4-16; 26: 12-18; Gal 1: 5-17). Fl-Ittri tieghu qatt ma jaghti hjiel dirett fuq din l-esperjenza. Hu jitkellem fuq esperjenza li bidlet bis-shih il-hajja tieghu. Izda ma jqishiex bhala esperjeza izolata fil-hajja tieghu: Alla kien dejjem prezenti fl-ezistenza tieghu u mexxieh fit-toroq providenzjali tieghu sa minn guf ommu.

      L-Atti ta’ l-Appostli u l-Ittri ta’ Pawlu jirrakkuntaw din il-grajja fid-dawl tal-Vangelu. F’Gal 1: 15-16 l-esperjenza ta’ Pawlu titqieghed fil-kamp tal-hatra appostolika tieghu li taghmel minnu habbar ta’ l-Iben ta’ Alla fost il-gnus. L-istess fl-Atti: wara l-vizjoni li kellu ta’ Kristu, Pawlu jircievi l-mandat profetiku li jhabbar u jixhed ghal Kristu (Atti 26: 17-18) quddiem il-gnus, is-slaten u wlied Israel (Atti 9: 15).

     Hu mela l-Vangelu li jbiddel lil Pawlu l-Lhudi mheggeg, u jaghmel minnu Nisrani awtentiku, missjunarju u appostlu mimli entuzjazmu, xhud profetiku u kurragguz ta’ l-Imghallem Irxoxtat.

     Il-bidla li ssehh f’Pawlu hija radikali: il-kuntatt tieghu ma’ Kristu ghamel minnu hliqa gdida, persuna kwalitattivament u radikalment gdida, kif jistqarr hu stess: “Meta wiehed jinghaqad ma’ Kristu, isir holqien gdid” (2 Kor 5: 17) u jzid li d-dawl ta’ Kristu idda fil-hajja tieghu: “Dan Alla li qal: ‘Ha jiddi d-dawl mid-dlam’, dak hu li idda fi qlubna biex jaghtina d-dawl tal-gharfien tal-glorja ta’ Alla, li tiddi f’wicc Kristu” (2 Kor 4: 6).

     Fejn qabel il-Ligi ta’ Mosé kienet il-ftahir ta’ Pawlu, wara l-esperjenza fit-triq ta’ Damasku, Pawlu kellu jistqarr ukoll: “Nghid ghalija ma jkun qatt li niftahar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Gesù Kristu, li bih id-dinja hi msallba ghalija u jien ghad-dinja” (Gal 6: 14).

     Fil-grajja li ssehh fit-triq ta’ Damasku Pawlu jara l-milja ta’ l-ezistenza tieghu. Minn guf ommu Alla mexxieh lejn il-mument deciziv, mument li fih Kristu hatfu u ghamlu tieghu ghal dejjem (ara Fil 3: 12). Alla jbiddel l-ezistenza ta’ Pawlu: “Imma dak kollu li ghalija kien qligh, jien ghaddejtu bhala telf fi Kristu” (Fil 3: 7).

     Hu proprju f’din l-imhabba ta’ Kristu li ghandna c-cavetta biex nifhmu dil-grajja, li ghamlet minn Pawlu appostlu mheggeg li habb lil Kristu b’qalbu kollha u bil-qawwa tieghu kollha.

P. Marcello Ghirlando OFM
 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn