Fehimni, Mulej, biex inzomm il-ligi tieghek u nharisha b’qalbi kollha.

L-Ewwel Appostolat

Wara l-hatra tieghu bhala Appostlu tal-Gnus Pawlu jistqarr lill-Galatin: Minnufih, bla ma qghadt infittex li niehu parir minghand bnedmin tad-demm u l-laham, bla ma tlajt Gerusalemm ghand dawk li kienu appostli qabli, jien mort fl-Gharabja, u mbaghad ergajt lura lejn Damasku (Gal 1: 16-17).

     Quddiem dan il-kliem ta’ Pawlu rridu nistqarru li Pawlu probabbilment irtira ghal ftit taz-zmien fir-regjun semi-dezert tal-Gharabja, zona li tinkludi fiha l-Gharabja u parti mis-Sirja u l-Gordanja tallum, u li kienet parti mis-Saltna tan-Nabatej, li mis-sena 4 sas-sena 40 WK kienet taht il-hakma tas-Sultan Areta. F’din iz-zona kien hemm prezenza ta’ djaspora Lhudija kbira. San Glormu jghid li Pawlu mar fl-Gharabja biex jirrifletti u japprofondixxi l-hatra tieghu u l-esperjenza li kien ghex fit-triq lejn Damasku. Kien il-mument li fih Pawlu seta’ jirrifletti sewwa fuq il-Mulej Gesł, jikber fir-relazzjoni mieghu u jifhem hajtu fid-dawl ta’ l-Iskritturi Lhud li Pawlu tant kien jaf tajjeb. Kienet ukoll esperjenza li Pawlu jirreferi ghaliha biex ikompli jsahhah l-awtonomija tieghu bhala Appostlu.

     Lura f’Damasku Pawlu malajr beda jxandar lil Gesł fis-sinagogi u jghid li hu l-Iben ta’ Alla (Atti 9: 20). Il-predikazzjoni tieghu qanqlet staghgib fost l-Insara li fahhru lil Alla ghal dan il-fatt: Dak li qabel kien jippersegwitana, issa qieghed ihabbar il-fidi li darba hu ried jeqred; u huma fahhru lil Alla minhabba fija (Gal 1: 23-24). Il-bidla ta’ Pawlu saret mottiv ta’ mibeghda tant li, wara li ghadda hafna zmien (Atti 9: 23), xi tliet snin (Gal 1: 18), il-Lhud ftiehmu li joqtlu lil Sawl (Atti 9: 23). Il-Lhud dawru ghal maghhom il-gvernatur tas-Sultan Areta, li fis-sena 37 WK kien rega’ kiseb minn Kaligola l-awtoritą fuq Damasku, u dan qieghed ghassa mal-bibien tal-belt biex Pawlu ma jkunx jista’ jahrab. Imma hu sar jaf bil-hsieb taghhom, u ghalhekk, darba billejl id-dixxipli tieghu qabduh u nizzluh go qoffa mas-sur tal-belt (Atti 9: 25; ara wkoll 2 Kor 11: 33), haga li aktarx kienet komuni fil-Lvant.

     Tliet snin kienu ghaddew mill-hatra tieghu bhala Appostlu tal-Gnus sa dan il-lejl drammatiku. Qeghdin madwar is-sena 37-39 WK meta Pawlu jitla’ Gerusalemm biex izur lil Kefa (Gal 1: 18; Atti 9: 26).

P. Marcello Ghirlando OFM
 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn