Fidil il-Mulej f’kull kelma tieghu, twajjeb fl-ghemil tieghu kollu. Hallelujah!

Tlajt Gerusalemm

Wara li Pawlu jahrab minn Damasku jitla’ Gerusalemm biex inzur lil Kefa (Gal 1: 18). Skond Pawlu din il-laqgha kienet qasira: bqajt mieghu hmistax-il gurnata u privata: mill-appostli l-ohra ma rajt lil hadd hlief lil Gakbu, qarib il-Mulej (Gal 1: 18).

     X’qalu bejniethom Pietru u Pawlu t-test bibbliku ma jghid xejn. Hu possibbli li Pawlu tela’ Gerusalemm biex izur u jsir jaf lil dak li l-Knisja tal-bidu kienet taghraf bhala l-ewwel fost l-Appostli u l-kap tal-komunità Nisranija (ara Atti 12: 1-20 u Gal 2: 8-9). Hu possibbli li Pawlu tkellem fuq l-esperjenza tieghu fit-triq lejn Damasku u l-hatra tieghu bhala Appostlu ghall-Gnus, filwaqt li Pietru seta’ tkellem fuq ix-xhieda li kellu fuq Gesù storiku. B’din iz-zjara Pawlu jidhol f’kuntatt dirett mal-komunità Nisranija-omm tal-bidu. U dan mhux biex l-appostolat tieghu jitwettaq imma biex ikun f’komunjoni mal-Knisja ta’ Gerusalemm li kienet tippresjedi fil-karità fuq il-knejjes l-ohra.

     F’Gerusalemm ghenitu hafna l-persuna ta’ Barnaba, anki hu gej mill-Gudajizmu Elleniku, minn Cipru, u forsi anki sieheb ta’ Pawlu fl-iskola ta’ Gamaljel (Atti 9: 27).

     F’Gerusalemm Pawlu ma setax dam hafna ghax malajr il-predikazzjoni tieghu saret okkazjoni ta’ polemika mal-Lhud tad-djaspora li kienu fil-belt tant li kienu jfittxu li joqtluh (Atti 9: 30). Meta l-ahwa saru jafu b’dan nizzluh lejn Cesarija u baghtuh Tarsu (Atti 9: 30). Pawlu ma hadhiex kontra din id-decizjoni (Atti 22: 17-21).

     Hu Pawlu li jiddeskrievi x’ghamel f’dan iz-zmien: Imbaghad mort fl-inhawi tas-Sirja u tac-Cilicja. Il-Knejjes ta’ Kristu fil-Lhudija kienu ghadhom qatt ma raw wicci; kienu semghu biss in-nies jghidu li: dak li darba kien jippersegwitana, issa qieghed ihabbar il-fidi li darba hu ried jeqred, u huma fahhru lil Alla minhabba fija (Gal 1: 21-24). Aktarx li f’dal-kliem Pawlu jigbor zmien twil ta’ predikazzjoni. Probabbilment kellu l-bazi tieghu f’Tarsu (Atti 11: 25) minn fejn seta’ jdur fil-Provincja Rumana tas-Sirja-Cilicja biex jipprietka. Jidher li kellu success tant li l-predikazzjoni tieghu saret mottiv ta’ tifhir lil Alla fil-Knejjes tal-Lhudija.

     L-istess Barnaba, mibghut jorganizza il-komunità mhallta ta’ Antjokja (ara Atti 11: 19-24), riedu mieghu f’dan l-appostolat (Atti 11: 25-26). Il-kollaborazzjoni bejn Barnaba u Pawlu kellha twassal ghal azzjoni missjunarja aktar wiesgha fl-Asja Minuri u fir-regjun tal-bacir tal-Mediterran.

P. Marcello Ghirlando OFM
 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn