Alla kien li habbeb il-holqien mieghu nnifsu permezz ta’ Kristu, u fdalna l-messagg ta’ din il-hbiberija.

Ghamilt safar bla ghadd

Il-vjaggi missjunarji ta’ San Pawl huma l-grajjiet l-aktar dokumentati tal-hajja tieghu. L-Atti ta’ l-Appostli joffrulna xhieda ta’ min joqghod fuqha fuq dawn il-vjaggi minkejja l-ghamla skematika u attwalizzanti taghhom.

     L-espressjoni t-tliet vjaggi missjunarji tipprezentalna mhux biss l-itinerarju tas-safar ta’ Pawlu, imma wkoll il-grajjiet principali li taghhom l-Appostlu hu protagonista importanti, bhalma huma l-Koncilju ta’ Gerusalemm, it-tilwima tieghu ma’ Pietru f’Antjokja, ir-relazzjoni epistolari tieghu u l-grajjiet li ghaddewh minn Atjokja tas-Sirja, minn Cipru, l-ibliet ta’ l-Asja Minuri u tal-Grecja, sa Ruma u forsi anki sa Spanja.

     Il-vjaggi missjunarji tieghu kienu mghejjuna mill-ambjent storiku, politiku u kulturali tal-Grecja, ta’ l-Asja Minuri u tal-Lvant ta’ zmienu. Qeghdin fi zmien it-tixrid tal-kultura Ellenistika u tal-qawwa politiko-militari Rumana. L-espansjoni imperjalistika ta’ Ruma ftit ftit hakmet fuq is-saltniet il-kbar tal-Lvant li kienet organizzata fi Provincji. Hu ghalhekk li fil-Lvant Ruma saret sinjal ta’ ghaqda, ta’ stabbiltà ekonomika u guridika filwaqt li ssawret ghaqda kulturali, dik Ellenistika bit-tifrix tal-lingwa Griega, u ghaqda politika, dik Rumana.

     Fil-vjaggi appostolici tieghu Pawlu sab ir-rih fil-qala’ b’din il-ghaqda doppja. L-ghaqda politika ghenitu biex jiehu vantagg tal-pax romana li tatu wkoll l-unur li jkun cittadin Ruman. L-ghaqda kulturali ghenitu filli seta’ jitkellem bil-Grieg kull fejn mar u seta’ jifhem il-mentalità kulturali u religjuza generali taz-zmien. Is-sinkretizmu religjuz qawwi msawwar mill-Ellenizmu tah l-okkazjoni jipprietka bil-miftuh il-fidi Nisranija.

     Vantagg iehor li ghenu fit-tixrid tal-messagg Nisrani kienet is-sistema tat-toroq ta’ komunikazzjoni fuq l-art u fil-bahar, organizzata mill-Imperu Ruman. L-ghaqda amministrattiva u kulturali kien irnexxielha tohloq komunikazzjoni relattivament facli ghaz-zmien. Id-distanzi, meqjusa bil-miljari, kienu jinkuraggixxu lin-nies biex jivvjaggaw b’sikurezza relattiva u b’xi programm imhejji minn qabel. Is-safar kien sar possibbli ghal hafna minkejja d-diffikultajiet li kienu joffru t-temp, it-toroq qalb il-muntanji u l-biza’ tas-serq. U dan nistghu nghiduh ukoll ghall-vjaggi fuq il-bahar minkejja li dawn kienu jsiru fl-istaguni tajba bejn April/Mejju – Ottubru/Novembru.

     Hu f’dan l-ambjent li jsehhu l-vjaggi missjunarji ta’ Pawlu. Hu stess jisfrutta l-mument prezenti ta’ safar aktar facli, imma mhux nieqes mit-tbatija: bosta drabi sibt ruhi wicc’imb wicc mal-mewt...tliet darbiet rajt l-gharqa...ghamilt safar bla ghadd; sibt ruhi f’perikli ta’ xmajjar, perikli mill-hallelin...perikli fid-dezert, perikli fil-bahar...kemm-il darba kelli nghaddi sahriet bla rqad, bil-guh u bil-ghatx: kemm-il darba kelli nghaddi fis-sawm, fil-ksieh u fil-ghera! (2 Kor 11: 23-28).
 

P. Marcello Ghirlando OFM
 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn