|
Lejn Gerusalemm
Qabel ma nitkellmu fuq il-vjaggi missjunarji ta’ San Pawl, kelma
qasira fuq il-vjaggi ta’ Pawlu ghall-belt ta’ Gerusalemm. Pawlu
jitkellem fuq zewg vjaggi principali ghal Gerusalemm (Gal 1: 15 – 2:
10): l-ewwel wiehed wara tliet snin mill-esperjenza tieghu
fit-triq lejn Damasku, u li fiha ried izur lil Kefa; it-tieni vjagg
wara erbatax-il sena, fejn probabbilment telaq mis-Sirja
ghall-Koncilju ta’ Gerusalemm.
L-Atti ta’ l-Appostli jitkellmu fuq tliet vjaggi principali
lejn Gerusalemm: l-ewwel wiehed, wara l-harba mill-belt ta’ Damasku
(Atti 9: 26-30); it-tieni wiehed flimkien ma’ Barnaba (Atti 11: 30)
meta telqu minn Antjokja bil-gabra ghall-Knisja ta’ Gerusalemm; u
t-tielet vjagg ghall-Koncilju ta’ Gerusalemm (Atti 15: 2-29).
Li jinteressana mhux tant in-numru tal-vjaggi. Dan ghaliex
Pawlu wkoll jaccenna ghal vjagg lejn Gersusalemm bil-gabra
ghall-Knisja f’Gal 2: 10 u 1 Kor 16: 1-4 u Rum 15: 23-32. Liema
ordni tal-vjaggi ghandna nzommu? Irridu nistqarru li jkollna
nikkuntentaw irwiehna b’konkordanza bejn iz-zewg ghejjun li ghandna
f’idejna. Dan ghaliex Pawlu u Luqa jiktbu ghal zewg skopijiet
differenti. Nghidu ahna fl-Ittra lill-Galatin Pawlu jaghmel ghazla
soggettiva ghal skopijiet apologetici u ma jiktibx biex jaghtina
kronaka ezatta tal-vjaggi tieghu. Nistghu nghidu biss li skond Gal
2: 10: talbuna biss, li min-naha taghna nibqghu niftakru
fil-fqar, haga li fittixt naghmilha minn qalbi, Pawlu jidher li
qed juri li l-gbir ghall-Knisja ta’ Gerusalemm u l-vjagg marbut
mieghu, saru wara l-Koncilju ta’ Gerusalemm.
Jidhirli ghalhekk li l-kronologija ta’ Pawlu hi ahjar. Dan meta
nqabblu dak li jghid Pawlu ma’ l-Atti ta’ l-Appostli li ma
jaghtuniex ordni kronologiku tal-grajjiet imma zvilupp tematiku ta’
l-istess grajjiet.
Probabbilment, mela, l-ordni tal-vjaggi principali ghal
Gerusalemm hu l-ewwel vjagg li jsir wara tliet snin mill-esperjenza
fit-triq ta’ Damasku, aktarx fis-sena 37-38 WK; it-tieni vjagg, li
bhala skop kellu l-Koncilju ta’ Gerusalemm (Atti 15: 2-29), u li sar
wara l-ewwel vjagg missjunarju. Qeghdin aktarx fis-sena 48-49 WK.
F’Gerusalemm Pawlu u Barnaba jirrakkuntaw il-grajjiet li sehhew
fl-ewwel vjagg missjunarju taghhom (Atti 15: 3.4.12) u Pawlu
jikkonferma l-hatra tieghu bhala Appostlu ghall-Gnus (Gal 2: 7-9).
It-tielet vjagg ‘tal-gabra’ (Atti 11: 30), li Pawlu jaccenna ghalih
f’Gal 2: 10 u 2 Kor 8-9, u li aktarx sar wara l-Koncilju f’data li
mhux facli li nippruvaw.
Aktarx li Luqa f’Atti 11: 30, jaghtina sommarju tal-gbir
perjodiku li kien isir ghall-fqar ta’ Gerusalemm b’referenza
ghall-profezija ta’ Agabu f’Atti 11: 27-30.
P.
Marcello Ghirlando OFM
|