|
L-ewwel vjagg missjunarju
Atti 13: 1-14:28
Wara sena ta’ hidma flimkien f’Antjokja tas-Sirja, Pawlu u Barnaba,
waqt celebrazzjoni liturgika, jinhatru ghal missjoni gdida fost
il-pagani f’Çipru u fl-Asja z-zghira.
Kienet ir-rebbiegha tas-sena 45 w.K.
Pawlu, Barnaba u Gwanni-Marku rhewlha jevangelizzaw fil-gzira
ta’ Çipru b’success. Qasmu l-gzira kollha sa Pafos. Hawnhekk Pawlu,
minkejja l-oppozizzjoni tas-sahhar Elimas Barjesu, irnexxielu
jikkonverti ghall-Kristjanezmu lill-Prokonslu Ruman Sergju Pawlu.
Wara Çipru Pawlu u shabu telqu bil-bahar minn Pafos u waslu
Perge fil-Pamfilja. Mill-port ta’ Attalja komplew il-vjagg sakemm
waslu Antjokja ta’ Pisidja. Hawn Gwanni-Marku halliehom u mar lura
Gerusalemm. Fl-ewwel Sibt Pawlu jaghmel diskors u jxandar lil Gesù
bhala l-Messija l-imwieghed. Is-Sibt ta’ wara, hafna, kemm mil-Lhud
u kemm mill-proseliti twajba, marru ma’ Pawlu u Barnaba, u dawn
hegguhom biex jibqghu fil-grazzja ta’ Alla (Atti 13: 42). Is-Sibt ta’
wara, hafna mill-mexxejja Lhud haduha bl-ahrax kontra l-predikazzjoni
ta’ Pawlu, tant li l-Appostlu kellu jistqarr: Hekk kien mehtieg, li
l-kelma ta’ Alla tithabbar lilkom l-ewwel.
Billi intom qeghdin twarrbuha, u jidhrilkom li ma tisthoqqilkomx
il-hajja ta’ dejjem, ahna sa nduru fuq il-pagani. Ghax hekk ordnalna
l-Mulej (Atti 13: 46-47).
Pawlu u Barnaba waqfu fit-tul f’Antjokja ta’ Pisidja. Fl-ahhar
tkeccew minn hemm u huma komplew il-missjoni taghhom f’Ikonju,
il-belt ewlenija ta’ Likaonja.
Anki hawn: kien hemm min emmen u kien hemm min holoq oppozizzjoni.
Ghal darb’ohra kellhom jaharbu u komplew il-missjoni taghhom
f’Listra fejn, ghall-ewwel darba z-zewg Appostli ppritkaw
direttament lill-pagani.
Mal-fejqan ta’ maghtub in-nies hasbu li l-Appostli kienu l-allat
Zews u Ermi li nizlu fosthom! Id-diskors li jaghmel Pawlu kellu
jinqata’ hesrem minhabba xi Lhud li minn Antjoka u Ikonju gew u tawh
xebgha gebel!
L-Appostli marru Derbe u hemmhekk xandru l-Bxara t-tajba f’dik
il-Belt u ghamlu hafna dixxipli (Atti 14: 21).
Fi triqthom lura ghaddew minn Listra, Ikonju u Antjokja,
jaghmlu l-qalb lid-dixxipli u jhegguhom jibqghu shah fil-fidi. Minn
Perge, fejn xandru wkoll il-kelma ta’ Alla, marru lura Antjokja.
Kienet ir-rebbiegha tas-sena 49 w.K. F’Antjokja laqqghu l-membri
tal-Knisja u qaghdu jgharrfuhom b’dak kollu li Alla ghamel maghhom,
u wrewhom kif fetah il-bieb tal-fidi ghall-pagani. Hemm qaghdu ghal
ftit zmien sewwa mad-dixxipli (Atti 14: 27-28).
B’hekk intemm l-ewwel vjagg missjunarju ta’ Pawlu u Barnaba.
P.
Marcello Ghirlando OFM
|