Infahhrek, Missier, Sid is-sema u l-art, li wrejt il-misteri tas-saltna lic-ckejknin

Il-Koncilju ta' Gerusalemm
Atti 15: 1-35

Waqt l-ewwel vjagg missjunarju ta’ Pawlu u Barnaba, il-komunitą ta’ Antjokja kellha thabbat wiccha mal-probema li holqu whud mill-ahwa Nsara ta’ nisel Lhudi: Imbaghad nizlu xi whud mil-Lhudija u bdew jghallmu lill-ahwa: jekk ma toqoghdux ghac-cirkoncizjoni skond id-drawwa li gejja minn Mosč, ma tistghux issalvaw (Atti 15: 1).

     Pawlu u Barnaba qamu kontra taghhom u haduha maghhom bis-shih. Pawlu kien fehem sewwa l-problema li kienu qed joholqu: inholoq ir-riskju li l-veritą tal-Vangelu (Gal 2: 5) tithassar.

     Pawlu fehem li dan l-atteggament zbaljat kien qed imiss direttament il-qalba tal-fidi Nisranija: is-salvazzjoni u l-perfezzjoni tal-hajja Nisranija ma tigix mill-harsien tal-Ligi ta’ Mosč, imma biss minn Kristu. Pawlu hawn iddefenda bis-shih il-helsien li n-Nisrani ghandu fi Kristu Gesł. B’hekk l-Insara ta’ nisel pagan, kif ukoll dawk gejjin mir-religjon Lhudija, ma kienu obbligati jharsu l-ebda precett tal-Ligi, imma kellhom jghixu ta’ bnedmin hielsa fi Kristu, permezz tal-fidi li ssir fl-imhabba (ara: Gal 5: 6).

     F’Gerusalem, Pawlu u Barnaba, flimkien ma’ l-Appostli u l-presbiteri u l-komunitą tal-Knisja-Omm, iltaqghu. Huma sahqu fuq il-konvinzjonijiet taghhom billi gabu bhala provi l-ghemejjel kbar li Alla kien wettaq fl-appostolat missjunarju taghhom. Pietru wkoll jitkellem u jinsisti li l-Bxara t-Tajba hija wkoll ghall-pagani u jistqarr: Mela issa ghaliex iggarrbu lil Alla billi tridu tqieghdu fuq ghonq id-dixxipli madmad li la missirijietna u lanqas ahna ma flahna nerfghuh? Wara kollox ahna nemmnu li, bhalhom, ahna nsalvaw permezz tal-grazzja tal-Mulej Gesł (Atti 15: 10-11).

     F’din il-laqgha hu Gakbu, li wara d-diskorsi ta’ Pawlu u Petru, jishaq fuq il-ghaqda tal-Knisja fit-thabbir tal-Kerygma fundamentali tal-fidi. Fi Kristu l-Knisja hi maghquda u minnu tiehu l-qawwa biex tehodha kontra l-izbalji li qamu fil-Knisja tal-bidu, filwaqt li thalli spazju biex il-karizmi jitfissru b’mod vitali.

     Dan il-hsieb gabru Pawlu f’Gal 2: 7-10: Meta raw li lili kien fdat ix-xandir ta’ l-Evangelju fost il-gnus, bhalma kien lil Pietru fost il-Lhud...Gakbu, Kefa u Gwanni... taw lili u ’l Barnaba l-id il-leminija taghhom b’sinjal ta’ hbiberija bejnietna, biex ahna nahdmu fost il-gnus u huma fost il-Lhud...talbuna biss li, min-naha taghna nibqghu niftakru fil-fqar, haga li fittixt naghmilha minn qalbi.

            It-tentattiv ta’ l-ahwa foloz (Gal 2: 4) li jifridu l-Knisja spicca fix-xejn, u lkoll gharfu l-unika veritą tal-Vangelu fil-helsien tan-nisrani li jghix permezz ta’ l-Ispirtu fi Kristu (Gal 4: 4-6; 5: 1.13).

P. Marcello Ghirlando OFM
 

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn