Bhalma ahna l-Insara ghandna l-kredu taghna, jigifieri l-istqarrija tal-fidi taghna, hekk ukoll il-Lhud ghandhom dak li hafna jsibuh bhala l-kredu taghhom. Dan mhu xejn hlief vers wiehed mill-Iskrittura, maghruf bhala x-“Xemà” – kelma Lhudija li tfisser “Isma’.”  “Isma’, o Israel: Alla taghna l-Mulej, il-Mulej wahdu. Hobb, mela, lill-Mulej Alla tieghek, b’qalbek kollha, b’ruhek kollha u b’sahhtek kollha” (Dewt 6: 4-5). Gesù nnifsu jikkwota din is-silta li jipprezentaha bhala “il-kmandament il-kbir u l-ewwel wiehed” (Mt 22:38).

Dan l-ewwel kmandament nistghu tassew insejhulu l-akbar wiehed, ghaliex meta niksru dan il-kmandament, ikun ifisser li Alla ma jibqax Alla tassew. Minfloku nsir jien jew xi hadd iehor jew xi haga ohra. Ghalhekk facli hafna biex nindunaw kif hafna drabi ahna naslu biex niksru l-kmandamenti l-ohra bhala konsegwenza tal-ksur ta’ dan l-akbar u l-ewwel kmandament. Minkejja dan, ftit huma dawk li jqerru l-ksur ta’ l-ewwel kmandament!

Hemm grajja importanti fl-istorja tal-poplu ta’ Alla li turi kemm hu facli li jinkiser dan il-kmandament. Dan hu l-episodju tal-ghogol tad-deheb li l-Poplu ta’ Alla ghamel fil-mixja tieghu fid-dezert. “Dawn huma l-allat tieghek, Israel, li tellghuk mill-art ta’ l-Egittu” (Ez 32:4). Hekk irragunaw dawn in-nies. Dan minkejja li kienu raw kemm Alla kien henn ghalihom u harighom mill-jasar ta’ l-Egittu b’mod daqshekk spettakulari meta feraq l-ilma fi tnejn u huma ghaddew mill-inxief ta’ l-ilmijiet.

Gesù, l-Iben ta’ Alla, gie ttentat mix-xitan fid-dezert b’din l-istess tentazzjoni. Dan sar meta x-xitan ha lil Gesù fuq muntanja, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u qallu: “Dawn kollha naghtihom lilek jekk tinxtehet tadurani” (Mt 4:9). Imma f’kuntrast mal-poplu ta’ Israel, Gesù rrezista din it-tentazzjoni, u fit-twegiba tieghu hemm jidwi mill-gdid dan l-ewwel u l-akbar kmandament: “Itlaq, xitan! Ghax hemm miktub, ‘Lill-Mulej, Alla tieghek ghandek tadura, u lilu biss taqdi’” (Mt 4:10).

Fid-Diskors tal-Muntanja, Gesù jghinna naghmlu ezami tal-kuxjenza biex naraw jekk ahna ghandniex allat ohra. Dan jaghmlu meta jghidilna hekk: “Fejn hemm it-tezor tieghek, hemm tinsab qalbek ukoll” (Mt 6:21). Dan il-kliem ifisser, li jekk Alla mhuwiex it-tezor tieghek, qalbek mhijiex qed thabbat ghalih. Huwa hawn li mill-gdid jerga’ jitfacca l-kliem ta’ Gesù li jqieghed il-”qalb” fl-ewwel post fil-lista li turina kif ghandna nhobbu l-Mulej f’rabta ma’ l-ewwel kmandament: “Int ghandek thobb il-Mulej Alla tieghek, b’qalbek kollha, u b’ruhek kollha, bil-qawwa tieghek kollha, u b’mohhok kollu” (Lq 10:27). Tajjeb li ninnutaw hawnhekk li l-enfasi fuq il-kelma “kollha” turi totalità fl-imhabba taghna lejn dak li ghandu mhabba daqshekk kbira lejna lkoll.

P. Martin Micallef OFM Cap.