|
|
|
Kull bniedem jasal f’hin li fih ifittex il-verità u meta jikseb taghrif dwarha, jibda jhossu jiddependi minnha. B’dan il-mod il-bniedem jibda jhoss is-sens religjuz: sens ta’ dipendenza. Jibda johloq rapport bejnu u bejn il-verità li ghalih issa, issir “Alla”: dak li jiddependi minnu. Jinghad li hija esigenza tal-bniedem intelligenti li hu jfittex kenn f’Alla li jipprotegih, jiehu hsiebu u jaghtih xi haga minn tieghu. Ghalhekk jibda jaghtih qima b’atti ta’ kult. Jibda jurih devozzjoni, jitolbu, u fl-istess hin “jaqdih”. L-aktar att gholi ta’ kult li l-bniedem joffri lil Alla huwa s-sagrificcju: att estern specjali li jfisser rabta vera ma’ Alla. Hekk infissru ruhna bil-Quddiesa. Din id-devozzjoni, li hija l-prontezza li tqum mis-sens taghna quddiem il-kobor ta’ Alla, l-ewwel li thajjarna hu li nwettqu ir-rieda tieghu. Allura nistudjawh, naghrfu xi jkun irid minna u nippruvaw noghgbuh. Inkunu nezecitaw dawk li nsejhulhom virtuijiet morali: huma drawwiet tajba li jghinuna nwiegbu sew ghal dak li jkun irid Alla minna. Izda l-bniedem irid jitghallem jitkellem ma’ Alla biex ikun jista’ jidhol f’relazzjoni ma’ Alla. Irid jitlob... u jitlob mhux jeqred jew jikmanda, izda, kif tghid sew Santa Tereza, jehtieg jizviluppa djalogu ta’ hbiberija ma’ Dak li nafu li jhobbna. Nistghu nitolbu meta nitkellmu ma’ Alla; nitolbu meta naghmlu riflessjoni fil-prezenza ta’ Alla fuq certi veritajiet li habbrilna hu stess; u nistghu ukoll nitkellmu ma’ Alla b’mod aktar gholi li joffrilna Alla nnifsu. U min jista’ jitlob? Nafu li Kristu nnifsu talab; hekk ukoll jitolbu l-angli u l-qaddisin fis-sema: tant li ahna nitolbuhom biex jidhlu ghalina! Hekk ukoll l-erwieh tal-purgatorju. Izda wisq aktar ahna l-bnedmin, anki jekk naghrfu li ahna midinbin. It-talb jghinna nhossuna wlied il-Missier taghna! Hu ghalhekk li ghalina l-kbar, it-talb huwa necessarju bla ebda kundizzjoni. Bit-talb naqilghu l-mertu, ghax hu opra tajba; it-talb idawlilna l-intelligenza, iqawwilna l-virtuijiet kollha, u fuq kollox iserrhilna l-mohh u l-qalb taghna. Naturalment hu mehtieg li noqoghdu ghar-rieda t’Alla u mhux nistrajkjaw jekk dak li nitolbu donnu jdum ma jasal! It-talb taghna ghandu jkun imsahhah minn certa devozzjoni fina lejn Alla. Ghalhekk nadurawh b’hegga kbira. Kultant kemm naqtghu qalbna malajr... u kemm nesageraw! Nitilfu s-sens veru! Izda llum, waqt li min-naha qed naslu biex ikollna sens aktar qawwi ta’ Alla u l-fidi qed tkun aktar personali u attiva, min-naha l-ohra ghadd li dejjem jikber ta’ nies, fil-prattika, qed jinfirdu mir-religjon. Illum bosta jichdu lil Alla: u elf skuza jgibu! Izda waqt li l-knisja ssejjah lil kulhadd ghal-libertà religjuza – ghax il-bnedmin kollha huma imsejha jfittxu il-verità – issemmi wkoll il-fatt li s-salvazzjoni taslilna biss permezz ta’ Gesù Kristu li gie jurina mhabbtu biex niftakru nhobbuh. P. Martin Micallef OFM Cap. |
|
|