|
|
|
Kemm niltaqa’ ma’ genituri li jizzewgulhom uliedhom u jmorru joqoghdu ’l boghod minnhom jew isiefru. U tismaghhom jghidulek: “Jahasra kieku wliedi kienu vicin kont immur naghtihom daqqa t’id, kont immur nghinhom billi nzommilhom it-tfal.” Minn dan tintebah li min ihobb ikun jixtieq jieqaf ma’ dawk li jhobb u ghalhekk jixtieqhom qrib halli jkun possibbli jhobbhom. Kien ghalhekk li Alla talabna fl-ewwel kmandament li ma jkollna ebda Alla iehor ghajru. Dan jaghmlu mhux bi prezunzjoni, imma ghax ma jixtieqx jarana nitbieghdu minnu u nqieghdu l-fiducja f’persuni jew fi hwejjeg li ma jwassluna mkien, anzi jisfrattawlna hajjitna. Mhux ta’ b’xejn li meta x-xoghol, il-gid, il-poter, il-fama, il-pjacir naghmluhom allat taghna, nispiccaw biex hajjitna, ghal xi zmien twil jew qasir, nahluha nithabtu nibnu l-kastelli fl-arja, biex imbaghad insibu ruhna f’xi disfatta u naraw kollox jaqa’ madwarna. U nsibu ruhna f’vojt kbir u ma jkollna xejn fuqiex nittamaw. Sadanittant inkunu hlejna u kissirna sahhitna, jekk mhux ukoll kissirna lil haddiehor, biex bnejna dawn il-kastelli fl-arja. Huwa ghalhekk li dan il-kmandament huwa ‘l-ewwel’, ghax jekk jaqa’ hu, jibdew jaqghu l-ohrajn kollha. U la tibda ssib hin ghalik u ghall-familja, tibda tishet is-siegha u l-mument f’kull kuntrarju li jinqala’, jispicca kull rispett anki lejn l-aktar gheziez ghax tibda tinsiehom hajjin, ma ssibhiex bi tqila tqarraq, tisraq, tkisser ’il haddiehor basta tilhaq dak li wahhalt f’mohhok u sar il-holma tieghek, jew ahjar ghamiltu alla tieghek. U Alla, li hu mhabba, dan hu li jixtieq jehilsek minnu. Jehtieg li inti tqieghed il-fiducja kollha tieghek fih, ghax hu Missier li jhobbok, u ghandu pjan ta’ mhabba ghalik. Mhux ta’ b’ xejn li min gharaf dan sab ‘hajja’ gdida. Mhux ta’ b’ xejn li kien hawn persuni fl-istorja tal-Kristjanezmu li ghazlu li jqieghdu ’l Alla bhala l-uniku ‘tezor’ tal-hajja taghhom, u ghalih waslu biex warrbu dak kollu li din id-dinja tista’ tipprovdilhom. Bizzejjed naraw, anki fi zmienna, persuni li biex waslu ghal dan ikkonsagraw hajjithom lilu, meta wkoll ma waslux biex inghalqu f’monasteru, u issa qed jghixu biss ghal dan Alla li jhossu li mlielhom hajjithom. Min irid jiltaqa’ ma’ din ir-realtà bizzejjed jasal wasla sa xi wiehed mill-monasteri tal-klawsura u jara x’kapaci jaghmel Alla ma’ min iqieghed il-fiducja kollha tieghu fih. Kien ghalhekk li Gesù, meta gie mitlub, uriena x’dispozizzjoni ghandu jkollna lejn Alla jekk irridu tassew inqieghdu l-fiducja taghna fih u nuruh li hu tassew ‘Alla’ li nemmnu fih. Qalilna: “Itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tigi saltnatek, ikun dak li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art.” Dan ghandu jkun l-atteggjament taghna lkoll, u ghalhekk din ghandha tkun it-talba ewlenija taghna. Dun Charles Cordina |
|
|