|
|
|
It-tieni Kmandament huwa wiehed li l-Lhud kienu jehduh bl-akbar serjetà. L-isem ta’ Alla tant kien kbir u ghaziz ghalihom, li jekk jista’ jkun kienu jevitaw li jsemmuh. L-isem ta’ Alla hu “Jahweh”, isem li Alla nnifsu wrieh lil Mosè fl-episodju tas-sigra tal-ghollieq jaqbad. Hawnhekk Mosè jistaqsi lil Alla x’jismu, u t-twegiba li jircievi hi: “JIEN LI JIEN ... Jahweh, Alla ta’ missirijietkom, Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Izakk, Alla ta’ Gakobb ...” (Ez 3,14-15). It-tifsira ta’ dan l-isem hu li Alla hu haj f’kuntrast ma’ l-allat pagani li kellhom l-ghajnejn u ma jarawx, kellhom il-widnejn u ma jisimghux!
lmma dan l-isem ta’ “Jahweh” il-Lhud, b’sena ta’ rispett u qima, ma kinux ilissnuh. Minfloku, kienu juzaw ismijiet ohra, bhal “Adonaj” (= Sidi) (Salm 123,1-2; Gud 16, 16). Alla kien maghruf fost il-poplu tieghu b’ismijiet ohra bhal “El-Xaddaj” li jfisser “Alla li jista’ kollox” (Gen 17, 1; Ez 6, 2); “El-gheljon” (Alla l-Gholi) (Gen 14:18; Num 24:16); “Elohim” jew “El” li jfisser “Alla” (Gen 1, 1). Huwa ghalhekk ukoll li l-Evangelista San Mattew ibiddel il-frazi “is-Saltna ta’ Alla” ghas-”Saltna tas-Smewwiet.” Il-kelma “Smewwiet” hawnhekk hija sinonima ghall-kelma “Alla”, ghaliex fil-mentalità Bibblika, is-Smewwiet juru l-post fejn jghammar Alla.
Huwa f’dan il-kuntest li rridu nifhmu t-Tieni Kmandament li jipprojbixxi li nsemmu l-isem ta’ Alla fix-xejn. L-isem jindika l-persuna, u ghalhekk li nsemmu l-isem ta’ Alla fix-xejn jew b’mod hazin, ifisser daqslikieku qed nichdu lil Alla li minnu jigi kull gid u barka.
San Gakbu fl-ittra tieghu iwissina u jikkundanna lil “dawk li jzebilhu dan l-isem ta’ gieh (= l-isem ta’ Gesù) li gie msejjah fuqhom” (Gak 2, 7). Dan jaghmlu ghaliex l-isem ta’ “Mulej” jew “Sid”, bil-Grieg: kyrios, issa nghata wkoll lil Gesù, l-Iben ta’ Alla, anzi Alla nnifsu kif turi l-profezija ta’ l-Ghimmanu-El, li bi lsienna jfisser “Alla maghna” (Mt 1:23).
Kien fl-isem ta’ Gesù, li d-dixxipli kienu jfejqu l-morda, ikeccu x-xjaten u jaghmlu l-mirakli (Mk 9, 38; Mt 7, 22; Atti 3, 64). Filwaqt li San Pawl jghidilna li “fl-isem ta’ Gesù - fis-sema, fl-art u f’qiegh l-art - il-hlejjaq kollha jinzlu gharkobbtejhom, u kull ilsien jistqarr: ‘Gesù Kristu hu l-Mulej, ghall-glorja ta’ Alla l-Missier’” (Fil 2, 10-11).
Fil-ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli naqraw kif l-ewwel Insara “kienu jsejhu isem il-Mulej” (Atti 9, 14.21), jigifieri, kienu jaghrfu lil Gesù bhala l-Mulej Alla, filwaqt li l-awtur ta’ l-ittra lill-Kolossin iheggigna: “kull ma taghmlu jew tghidu, aghmlu kollox f’isem il-Mulej Gesù” (Kol 3, 17).
L-isem ta’ Alla, mela, muri lilna f’Ibnu Gesù Kristu, huwa isem ghaziz u qaddis li jisthoqqlu biss it-tifhir taghna u mhux it-tkasbir! Fr Martin Micallef OFMCap |
|
|