|
|
|
L-isem tal-Mulej hu qaddis. Din hija verità mifruxa f’kull pagna tal-Bibbja. F’dan l-isem qaddis emmen il-poplu Lhudi u sab kenn u helsien. Taht id-dell ta’ dan l-isem stkenn u hareg rebbieh; u meta ttraskurah jew naqas li jghatih gieh, hu safa tellief u mkasbar. Fost hafna veritajiet sbieh li habbrilna, Alla ghogbu jhabbrilna wkoll ismu: “Jiena – hu Jahweh, Alla ta’ missirijietkom”. U permezz tas-salmi ahna nfahhruh: “Kemm hu kbir ismek fl-art kollha!”
Izda l-bniedem jista’ jintilef u jsemmi l-isem ta’ Alla bla ebda qima. Hekk jigri fid-dagha u meta jintuza diskors ingurjuz kontra Alla, jew ta’ tkasbir lil oggetti sagri. Ikun kliem kontra Alla, kliem ta’ mibeghda, ta’ canfir, ta’ sfida. Hija htija gravi u tista’ tizdied meta wiehed jigi msikket u dan aktar izid joffendi. Tista’ wkoll tonqos il-htija meta l-Isem t’Alla jigi mzeblah minn min ma jkunx irid jonqos mir-rispett. Qatt ma tista’ tfisser il-kruha ta’ din il-htija ta’ min jaghti skandlu liz-zghar bi kliemu! Min jghid li jemmen u jidghi, ikun jikkontradixxi lilu nnifsu. Id-dagha jitilfilna l-ferh, il-hbiberija ma’ Alla; igib is-sahta fil-familja. Huwa certifikat ta’ l-injoranza.
Id-dnubiet huma koroh; izda dan tad-dagha huwa l-aghar wiehed! Issib min “ihaqqaq” biex ibezza’... miskin! Issib min jhedded bid-dagha: bniedem bla karatru socjevoli... igiblek hniena!
Wiehed jista’ wkoll joffendi lil Alla meta jiehu gurament falz. Tkun issejjah isem Alla bhala xhud tal-verità li suppost qed tghid! Jekk f’gurament il-kliem hu minnu u jista’ jinghad, il-gurament juri li hemm qbil bejn il-kelma tal-bniedem u l-verità ta’ Alla. Izda Alla qatt ma ghandu jissejjah bhala xhud ta’ gidba! U ghalhekk min jahlef fil-falz jidneb b’mod gravi kontra Alla. Ghalhekk Gesù jwissina biex “ma nahilfu xejn. Ha jkun id-diskors taghna Iva, iva, u le, le!”
Izda kliem Gesù m’huwiex kuntrarju ghall-gurament f’haga gravi u gusta. Il-gurament ma jistax jittiehed jekk mhux dwar xi verità bil-ghaqal kollu u skond il-gustizzja. Ghalhekk meta l-gurament jintalab minn awtoritajiet civili legittimi ma nistghux niehdu gurament falz. Izda ghandu jigi rrifjutat jekk jintalab ghal xi skop kuntrarju ghad-dinjità tal-persuna jew ghall-ghaqda fil-Knisja.
Xi whud minn hutna, sfortunatament ghandhom vizzju jidghu, hemm ohrajn li jhobbu jaghmlu salib b’idejhom u jahlifu kif gie gie, ghal kull haga ta’ xejn. Issib ukoll hafna li jhobbu jaghmlu il-weghdiet. Dan isehh meta, b’rieda hielsa, xi hadd jobbliga ruhu biex jaghmel xi gid possibbli u tajjeb. Meta twieghed tkun taghti qima vera. U dan jitlob li min iwieghed irid ikun adult u responsabbli. Ma tistax twieghed haga impossibli! Gieli naghmlu xi weghda li mbaghad nindunaw li ma nkunux nistghu nwettquha! Min ghandu s-setgha spiritwali fuqna jista’ jghinna. L-aqwa li ma jkunux weghdiet riservati: dawk jiddispensana minnhom biss il-Papa!
P. Mario Borg OCD |
|
|