Kemm niehdu ghalina meta haddiehor isemmi b’ mod dispreggattiv ismijiet ta’ persuni li huma ghal qalbna!

U x’hasra ahna l-Maltin, li bhala Nsara tant ghandna ghal qalbna r-religjon, u dan nuruh f’hafna manifestazzjonijiet popolari, imbaghad daqstant iehor inlissnu l-isem ta’ Alla, tal-Madonna u tal-qaddisin b’mod dispreggattiv! Kemm hu ikrah li ghandna il-vizzju tad-dagha, aktar ma ahna nies li minn twelidna ghexna dejjem gol-knejjes. Ghandhom ragun l-Inglizi meta jghidu “familiarity breeds contempt” (= il-familjarità tnissel l-istmerrija)!

Kemm hija kbira l-hasra li f’cirkostanzi li fihom insibu ruhna f’xi ftit kuntrarju malajr jehel Alla bid-dagha taghna, u flok ma dak il-hin nitolbuh jghinna, aktar inbeghduh minna!

Kemm hija kbira l-hasra li anki jekk inkunu qed nitkellmu jew niccajtaw irridu wkoll, kultant kiesah u biered, inlissnu dawn l-ismijiet qaddisa!

Kemm hija kbira l-hasra li sahansitra tfal, kif jibdew jitfarfru, tismaghhom digà jlissnu dawn l-ismijiet qaddisa b’ mod dispreggattiv!

Allahares li kif jghid Gesù “mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm”!

Ghalhekk, mill-banda l-ohra, kemm hija haga sabiha li tara tant nies illum ifittxu li jfahhru ’l Alla b’hinijiet twal u qosra ta’ talb, ta’ adorazzjoni, ta’ kant ta’ tifhir. U kemm tarahom kuntenti li llum saru jlissnu l-isem ta’ Alla u tal-Madonna biex ifahhru u jitkellmu fuqhom bhala esperjenza hajja f’hajjithom. Mhux ta’ b’ xejn dawn it-talin ihobbu jlissnu mill-qalb dak li jghid is-salm 103: “Bierek, ruh tieghi l-Mulej, b’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tieghu; u la tinsiex il-gid kollu li ghamel mieghek.”

Kemm hi inizjattiva ta’ min ifahharha l-bosta kapellel li qed jinfethu biex ikollhom lil Gesù  Ewkaristija espost ghall-adorazzjoni... u huma hafna dawk li japprofittaw minn din l-opportunità.

Drawwa ohra li mad-dagha zdiedet sew fostna hija li llum qisu sar mhu xejn li wiehed jiehu gurament falz – jigifieri li jsejjah ’l Alla bhala xhud ta’ gidba tieghu, meta jaf li hi kuntrarju tal-verità li suppost sejjahtlu ghaliha, ghax huwa mhu hadd hlief il-Verità.

U dan isir bl-aktar mod seren l-aqwa li ma nigix intaxxat kif suppost; l-aqwa li ma jitnaqqsulix beneficcji socjali li forsi m’iniex intitolat ghalihom; l-aqwa li nagevola lil min jidhirli jew jaqbilli jien; anki jekk dan naghmlu bi hsara ghal haddiehor u nikkawzalu tbatija ingusta. U dan kollu, Alla jbierek, isir qisu xejn mhu xejn!

Kemm ghandna ghax nghozzu kliem il-Beatu Dun Gorg Preca li heggigna u qalilna: “int tkun qieghed tghid kontinwament bl-ispirtu u bil-verità ’l Alla: ‘jitqaddes ismek’ meta tobghod id-dnub  rizolut u deciz li thalli sahansitra hajtek jekk jehtieg biex ma taghmlux.”

Dun Charles Cordina