|
|
|
It-tielet kmandament huwa mibni fuq il-kliem li nsibu fil-ktieb ta’ l-Ezodu fejn l-awtur sagru jipprezentalna lil Alla nnifsu jghid: “Ftakar f’jum is-Sibt u qaddsu. Sitt ijiem tahdem u taghmel kull ma ghandek taghmel, imma s-seba’ jum hu jum il-mistrieh f’gieh il-Mulej Alla tieghek. Dakinhar ma taghmel ebda xoghol” (Ez 20:8-10; ara Dewt 5:12-15). Il-Lhud kienu jiehdu dan il-kmandament b’serjetà kbira kif naraw fil-konflitti li spiss Gesù kien isib ruhu fihom minhabba l-harsien ta’ dan il-jum. Dan it-tielet kmandament jehodna lura ghar-rakkont tal-holqien kif irrakkuntat fl-ewwel ktieb ta’ l-Iskrittura, il-ktieb tal-Genesi. “F’sitt ijiem il-Mulej ghamel is-smewwiet u l-art, il-bahar u kull ma hemm fihom, u strieh fis-seba’ jum. Ghalhekk il-Mulej bierek is-seba’ jum u qaddsu” (Ez 20:11). Siltiet bhal dawn kellhom iservu ta’ ezempju ghall-poplu ta’ Alla. Jekk Alla “strah” fis-seba’ jum (Ez 31:17), hekk ukoll il-poplu kollu kellu jieqaf mix-xoghol biex b’hekk jistrieh hu u l-ilsiera u l-haddiema kollha li kienu jahdmu xoghol iebes. Fl-Evangelju spiss naqraw li Gesù kien jigi akkuzat li qed jikser is-Sibt. Dan l-aktar minhabba l-mirakli li hu kien jaghmel f’dan il-jum qaddis, u li fih ma kellu jsir l-ebda xoghol. Imma Gesù jurina li “is-Sibt kien maghmul ghall-bniedem u mhux il-bniedem ghas-Sibt” (Mk 2:27). Gesù jaghtina l-interpretazzjoni vera tat-tifsira ta’ dan il-Kmandament meta lil dawk li akkuzawh qalilhom: “X’jiswa li taghmel nhar ta’ Sibt, gid jew deni? Issalva hajja jew toqtolha?” (Mk 3:4). Il-Knisja wirtet din it-tradizzjoni Bibblika ta’ Jum is-Sibt, filwaqt li tat tifsira gdida lil dan il-jum fid-dawl tal-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet. L-Evangelji jaqblu bejniethom meta jghidulna li Gesù qam mill-imwiet “fl-ewwel jum tal-gimgha” (Mt 28:1; Mk 16:2; Lq 24:1; Gw 20:1). F’dan l-“ewwel jum” il-Knisja qrat mill-gdid l-eku ta’ “l-ewwel jum” li nsibu fil-ktieb tal-Genesi, li fih Alla beda l-holqien tieghu. Issa, f’dan “l-ewwel jum”, Alla f’Ibnu Gesù Kristu, rega’ halaqna mill-gdid, billi ghaddiena mid-dlam ghad-dawl. L-Ewwel Insara ghozzew dan il-jum li fih kienu jiccelebraw il-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet permezz tal-qsim tal-hobz, jigifieri, permezz ta’ l-Ewkaristija li kienet issir nhar ta’ Hadd. B’hekk il-jum tal-Hadd ha post il-jum tas-Sibt. Ahna wkoll mistednin biex nghozzu dan il-jum u nharsuh mhux tant b’obbligu, imma bhala tifkira ghaziza tal-qawwa ta’ Alla li dehret fil-qawmien ta’ Ibnu Gesù mill-imwiet. Filwaqt li naghmlu dan, nitghallmu nistriehu ahna wkoll, xi haga li tista’ tghinna hafna fil-hajja taghna. P. Martin Micallef OFM Cap. |
|
|