|
|
|
Il-precett tas-Sibt huwa taz-zmien meta l-poplu Lhudi kien fid-dezert. Hu precett originali fil-patt li Alla ghamel mal-poplu tieghu. Kien jikkonsisti filli wiehed jistrieh mix-xoghol fil-gurnata tas-Sibt. Kien jum ta’ festa familjari u socjali. Il-mistrieh kien dritt misthoqq lill-haddiem. Wahda mill-ewwel ligijiet umanitarji; ix-xoghol mhux skjavitù. Is-Sibt, bhala btala, sar id-distintiv tal-Lhud (Ez.20,12). Gesù qatt ma naqas milli jqaddes dan il-jum, izda ghallem li “is-Sibt kien maghmul ghall-bniedem, u mhux il-bniedem ghas-Sibt”. U qala’ l-kundanna ghax f’jum tas-Sibt ghamel ghemejjel tajba ta’ karità mal-proxxmu! Xlewh u sallbuh: hasbu li sa jehilsu minnu! Izda qam u beda jidher lill-Appostli f’jum il-Hadd... li mbaghad beda jissejjah “Jum il-Mulej”. Kien Kostantinu l-Kbir li haseb biex iqaddes jum il-Hadd. L-Insara bdew jingabru ghat-talb u jaqsmu bejniethom l-Ikla Mqaddsa. Ic-celebrazzjoni ta’ l-Ewkaristija f’jum il-Hadd hi l-pedament u t-twettiq tal-hajja Nisranija kollha. Waqt li hija l-Knisja li taghmel l-Ewkaristija, fl-istess hin hija wkoll l-Ewkaristija li ssawwar il-Knisja fil-ghaqda taghha. Hu ghalhekk li l-Insara huma obbligati jingabru flimkien biex jiccelebraw l-Ewkaristija sakemm ma jkunux skuzati minhabba xi raguni gravi, bhalma huma mard, kura, xoghol specjali, ecc. Mhux kull skuza hi tajba biex fil-kuxjenza nhossuna skuzati! Min hu ddispensat jew skuzat, ghadu juri r-rieda tajba tieghu. Waqt li ma jkunx obbligat jiehu sehem fil-quddiesa matul il-gimgha, irid jara kif ikun jista’ jippartecipa fil-quddiesa li tixxandar fuq il-mezzi tax-xandir. Ghax hadd ma jaghmel xi haga tajba ghal xejn. Ix-xandir tal-quddiesa jsir biex wiehed jghin lill-morda u lil dawk li ma jkunux jistghu jmorru l-knisja. Ahna nafu li nistghu niehdu mill-frott tas-sagramenti kemm meta nircevuhom realment, bhal meta nitqarbnu fil-quddiesa li niccelebraw flimkien fil-Knisja, kif ukoll meta jkollna xewqa qawwija: insejhula “tqarbina tax-xewqa”. B’hekk nircievu l-frott spiritwali ta’ l-Ewkaristija. Bhal meta nircievu l-barka tal-Papa minn fuq il-mezzi tax-xandir. Tajjeb Izda li nifhmu li ahna nistghu nircievu l-Ewkaristija sa darbtejn kuljum, basta waqt ic-celebrazzjoni tal-quddiesa li nkunu niehdu sehem fiha. Issib min ikun irid jitqarben aktar minn darbtejn billi jkun jiehu sehem f’quddies ritwali, bhalma huma funeral, tieg, maghmudija, ecc. Dan ma ghandux isir! Biex nircievu l-Ewkaristija, barra li rridu nkunu fil-grazzja ta’ Alla, ghax sa niehu sehem mieghu fl-Ikla Mqaddsa, irridu wkoll inkunu sajmin mill-anqas siegha, minn ikel u xorb li mhux ilma. Ghall-morda z-zmien tas-sawma hija ridotta ghal hmistax-il minuta. Dan bhala wirja ta’ rispett lejn l-ikel spiritwali. Isiru xi eccezjonijiet f’cirkostanzi partikulari, bhal fuq ix-xoghol. L-ahhar kelma dwar it-tqarbin fl-idejn. Din hi drawwa qadima sabiha fil-Knisja li izda m’hijiex obligatorja. It-tqarbin fl-idejn ghandu jsir b’serjetà, devozzjoni, attenzjoni u rispett lejn Gesù. L-idejn indaf taghna u qalbna safja huma l-isbah tabernaklu u tron li fuqu jista’ jserrah Kristu Gesù. F’Jum il-Mulej, waqt li noffru hin lil Alla, ma rridux nitraskuraw lil xulxin. Il-htigijiet tal-familja u dawk serji tas-socjetà taghna huma ragunijiet legittimi biex jiskuzaw mill-harsien tal-mistrieh tal-Hadd. Izda f’dan kollu wiehed ma jridx jichad li jiehu l-hin tal-mistrieh tieghu. Ma ghandu qatt jintalab li jsir xoghol li jista’ jsir nhar ta’ xoghol biex kulhadd ikollu l-hin ghall-mistrieh u ghall-hajja flimkien mal-familja.
|
|
|