Kemm-il darba thassart irgiel jew nisa li jghidulek, b’ nostalgija, li l-gimgha shiha xoghol... u jzidu “bil-Hadd b’kollox”, u jaghtuk x’tifhem li din mhix hajja! Kemm gie li qaluli zghazagh li gew mitlubin jahdmu l-Hadd ukoll u tismaghhom ilissnu “jekk m’ghandix naghmel gimgha shiha xoghol biss... u ma naqta’ xejn... qisha la spiccat gimgha u lanqas bdiet ohra!”

Kemm wera mhabba Alla maghna meta, ghax jaf x’hemm fil-bniedem u sa fejn kapaci jasal, u x’inhu ta’ gid ghalih, talabna biex inhallu liberu l-“jum tas-Sibt” jew kif nafuh ahjar “il-jum tal-Hadd”.

Kemm jiswielna li l-ewwelnett ikollna hin ghalina u mhux nispiccaw nghixu biex nahdmu. Kemm inhossu l-bzonn li jkollna jum li fih induru dawra maghna nfusna, u qabel kollox ikollna hin, aktar trankwill, li fih naghmlu laqgha mal-Mulej bil-kwiet. Kemm tisma’ persuni jikkumentawlek li l-quddiesa tal-Hadd taghtihom il-hajja! Kemm hareg car anki mill-konsultazzjoni tas-Sinodu li l-quddiesa tal-Hadd ghadha l-okkazjoni unika li fiha in-Nisrani isahhah ir-rapport tieghu ma’ Alla.

U kemm tiehu pjacir tara membri ta’ familji, jiltaqghu flimkien f’dar ommhom jew johorgu flimkien, jew izuru lil xulxin.

Kemm tammira x-xeni ta’ familji migburin flimkien f’xi dar tal-genituri jew f’xi wita jew hdejn il-bahar u tara flimkien nanniet, genituri, tfal tat-tfal, minn trabi sa gharajjes, meta mhux ukoll kunjati... ghax issa saru familja wahda. U l-opportunità hija... il-jum tal-Hadd.

U xi nghidu ghall-opportunità li joffri l-jum tal-Hadd ghal bosta rtiri, seminars, laqghat li jigu organizzati ghall-formazzjoni ta’ tant persuni li jhossu l-bzonn li jizviluppaw il-hajja taghhom, kif ukoll aspetti ohra ta’ hajjithom?

U ghalfejn ma ghandniex naghtu widen ghal dak li l-Papa talabna fl-ittra appostolika  “Jum il-Mulej” meta staqsa: “Ghaliex jum il-Hadd ma ghandux ikun jum ta’ qsim ta’ gid akbar fost l-ahwa, b’kull xorta ta’ inizjattivi, li l-karità Nisranija kapaci tohloq?” U jkompli jghaddi ghal xi suggerimenti prattici: “Tistieden ghall-ikla tal-Hadd xi persuna wahedha, izzur il-morda, tipprovdi l-ikel ghal xi familja fil-bzonn, taghti xi siegha ta’ hidma f’inizjattivi ta’ volontarjat u ta’ solidarjetà.”

Zgur li dawn l-okkazjonijiet jistghu jsehhu jekk il-bniedem ikollu “jum ghalih” u hekk ikun qed isahhah il-personalità kollha tieghu.

 

Dun Charles Cordina