Dan ir-raba’ kmandament huwa mibni fuq dak li naqraw fil-ktieb ta’ l-Ezodu: “Weggah lil Missierek u ’l ommok biex jitkattru jiemek fuq l-art li l-Mulej Alla tieghek jaghtik” (Ez 20:12). Kif juri l-kontenut ta’ dan il-kmandament, il-Lhud kienu jemmnu li l-imhabba u r-rispett lejn il-genituri jgibu rizq u barka fuq l-ulied.

It-Testment il-Qadim hu mizghud b’pariri li jduru fuq dan il-kmandament. Hekk jiftah, nghidu ahna, il-ktieb tal-Proverbji: “Isma’, ibni, kliem missierek, u twarrabx taghlim ommok; dawn huma ghalik kuruna sabiha fuq rasek” (Prov 1,8-9). Il-ktieb ta’ Bin Sirak ukoll ghandu kliem sabih x’jghidilna: “Aghti gieh lil missierek b’qalbek kollha, u tinsiex ugigh il-hlas ta’ ommok. Ftakar li kienu huma li gibuk fid-dinja; biex sa thallashom ghal dak li tawk?” (Sir 7, 27-28).

Dan ir-raba’ kmandament hu mfisser ukoll f’siltiet ohra li jfakkru lill-ulied biex meta l-genituri taghhom jikbru, ma jitraskurawhomx. Bhalma l-genituri ghamlu bosta sagrificcji meta wliedhom kienu ghadhom zghar, hekk issa l-ulied ghandhom jaghmlu mal-genituri taghhom. Il-ktieb ta’ Bin Sirak ghandu dan il-kliem xi jghid: “Ibni, ieqaf ma’ missierek fi xjuhitu, u ma’ tul hajtu tweggaghlux qalbu, ukoll jekk mohhu jhallih, aghdru u tonqsux mill-gieh meta ghadek mimli bis-sahha... Daqs midghi min jitlaq lil missieru wahdu, u mishut mill-Mulej min jghaddab lil ommu” (Sir 3:12-16).

nteressanti ninnutaw li meta nigu ghat-Testment il-Gdid, San Luqa jinfurmana li Gesù “kien jobdihom” lil Marija u Guzeppi (Lq 2:51). Tassew Gesù mhux biss kien jobdi lil Marija u lil Guzeppi, imma hu sejjah lill-ubbidjenza lejn Missieru tas-Sema, bhala l-istess “hobz” tieghu (Gw 4:34).

Fl-ittri ta’ San Pawl insibu wkoll bosta referenzi li jkomplu jdawlu lil dan il-kmandament. Hekk, fl-ittra lill-Kolossin, l-awtur jikteb: “Intom, tfal, isimghu mill-genituri taghkom f’kollox, ghax dan hu li joghgob lill-Mulej” (Kol 3, 20. Ara wkoll Efes 6, 1). Il-kelma “kollox” hawnhekk ma timplikax xi haga jew azzjoni li tista’ tidher moralment hazina!

Dan il-kmandament ma nistghux naghlquh biss ghall-ubbidjenza ta’ l-ulied lejn il-genituri taghhom, imma dan l-istess kmandament jimplika wkoll ir-responsabbiltà tal-genituri lejn uliedhom. Din ir-responsabbiltà tigbor fiha l-edukazzjoni ta’ l-ulied, sew fil-hajja spiritwali billi jghaddulhom valuri Nsara sodi, kif ukoll fil-hajja ta’ kuljum, billi jaghtuhom ezempji tajba akkumpanjati mill-imhabba u d-dixxiplina bilancjata. Huwa ghalhekk li l-awtur ta’ l-ittra lill-Efesin, meta jindirizza lill-missirijiet, iwisshom hekk: “Intom, il-missirijiet, iggarrubhomx izzejjed lil uliedkom, izda rabbuhom fid-dixxiplina u t-twiddib tal-Mulej” (Ef 6:4).

P. Martin Micallef OFM Cap.