Ir-raba’ kmandament jidher li hu l-eghzez wiehed ghal Alla li huwa “Mhabba”. Ried li warajh, ahna nhobbu lill-genituri taghna ghax minghandhom hadna l-hajja. Kienu huma stess li gharrfuna ’l Alla. Lilhom Alla libbishom bl-awtorità biex ihobbuna, jedukawna, jibnuna, imexxuna fil-hajja. Kien ghalhekk li lill-familja Alla ghamilha “knisja tad-dar”, ghax hija l-familja li tghinna nemmnu, nittamaw u nhobbu. L-istess tnissil li toffrilna l-familja jirrifletti l-hidma tal-holqien ta’ Alla: ahna twelidna minn din l-imhabba generuza tal-genituri taghna. Kienu huma li offrewlna l-possibbiltà li nkunu wlied Alla. Ghallmuna nirrispettaw il-ligijiet ta’ Alla. Ghallmuna nirrispettaw lill-ohrajn u lilna nfusna. Rabbewna f’ambjent fejn il-hlewwa, il-mahfra, ir-rispett, il-fedeltà u l-qadi bla ebda interess huma r-regola. Ghax il-familja hija l-post adatt ghall-edukazzjoni fil-virtù.

Din l-edukazzjoni, izda, titlob zmien ta’ formazzjoni, ta’ kontroll fuqna nfusna u ta’ trawwim biex nimxu bil-ghaqal. Hija responsabbiltà kbira li l-genituri joffrulna ezempji tajba. Billi jifhmu d-difetti taghhom infushom, lilna jghinuna neghlbu dawk taghna; lilna jmexxuna ahjar u b’esperjenza. Ghax nghiduha kif inhi: kif nista’ ngawdi jekk ma nkunx solidali u responsabbli ma’ l-ohrajn? Ma ghadux l-istil li nghixu bil-kompromessi. Illum Alla jitlob minna diskors car u tewgiba hielsa. F’Alla u fil-genituri niskopru sew id-dinjità taghna.

U l-genituri ghazlulna l-ahjar. Hasbulna ghall-htigijiet taghna. Rabbewna u kabbruna. Bosta taw ruhhom ghalina! Qeghduna qabilhom u fejn noqoghdu ahna ma joqghod hadd. Ghenuna naslu, flimkien ma’ Alla, ghall-gejjieni taghna. Flimkien haddanna l-istat tal-hajja taghna. Huma dejjem maghna u ahna dejjem f’qalbhom. Jaghtuna ezempji, taghlim u pariri ghaqlin. Lil bosta minna ghenuna nibnu l-familja taghna: ghenuna insiru bhalhom – genituri ahna wkoll!

Hemm izda xi whud li baqghu jiehdu hsieb il-genituri taghhom jew lill-ahwa. Il-kontribut taghhom huwa mill-aqwa u ta’ gieh. Ohrajn gew imsejha minn Alla biex joffru karità b’hajja kkonsagrata: imhabbithom hija farag u medicina. Saru sinjal tal-prezenza ta’ Alla u tal-qdusija tal-Knisja, il-Familja ta’ Gesù. U mill-familja taghna nitghallmu nkunu wkoll cittadini qalbiena tas-socjetà u kollaboraturi bejnietna. Hu ahna li nibnu s-socjetà, b’kooperazzjoni attenta, b’gustizzja u b’dover matur. Ghalhekk nafu nobdu, nikkooperaw b’sehemna shih, b’kuxjenza retta u b’difiza ghad-drittijiet tal-komunità. L-egoizmu joqtol il-familja u jzarmalna l-libertà. L-imhabba tibnina u r-rispett isahhahna.

P. Mario Borg OCD