Jekk hawn xi haga sabiha, u li taghmel il-gid lil min ikun fiha, hija zgur familja fejn il-genituri jaghmlu hilithom kollha biex irabbu ’l uliedhom bl-ahjar mod li jistghu; u fejn l-ulied, aktar ma jikbru aktar jaghrfu jwiegbu b’rispett ghall-imhabba li jkunu qed jircievu.

Huwa ghalhekk li llum jiddispjacik tara xeni ohra fil-familji taghna, xeni ta’ qsim il-qalb, xeni li jweggghu qalb hafna genituri li saru ma jsibu l-ebda rispett minn uliedhom ghax dawn saru jahsbu li issa jafu bizzejjed, ma jridux jisimghu aktar prietki, ma jridux min jindahlilhom, min iwaqqafhom milli jaghmlu dak li joholmu. Jissupervjaw meta l-genituri jippruvaw jifthulhom ghajnejhom, jaghtuhom parir. Genituri li jigu mghajra f’ wicchom “xih!” jew “xiha!”, “ta’ wara l-muntanji!”, “antikwati!” meta jlissnu xi kelma ghall-gid. Genituri li jaghmlu kull sagrificcju, sahansitra jinsew lilhom infushom, biex jagevolaw ’l uliedhom halli jiehdu posthom fil-hajja f’dik li hi edukazzjoni, xoghol, stat ta’ hajja... biex imbaghad isibu ma’ wicchom ‘izolament’, ghax uliedhom jinsewhom u jitilquhom ghal rihhom fi xjuhithom.

Huwa ghalhekk li Alla fl-imhabba tieghu, talabna biex nirrispettaw lill-genituri taghna. Kemm huwa ta’ kuragg il-parir li nsibu fil-ktieb ta’ Bin Sirak fejn Alla jaghtina jghidilna: “Ibni, hu hsieb missierek meta jixjieh u qatt, kemm idum haj, ma ghandek tweggghu. Ukoll jekk mohhu jihfief, aghdru u tghajrux meta int fl-ahjar ta’ sahhtek.”

Sewwa jghid il-Malti: “L-ulied meta jkunu zghar ugigh ir-ras, u meta jkunu kbar, ugigh il-qalb”! Triq tkun omm jew missier biex tkun taf x’jigifieri trobbija ta’ l-ulied. U meta tghaddi minnha int tifhem minn xiex ghadda qablek haddiehor ghalik.

Mill-banda l-ohra kemm igawdi kulhadd meta tara wlied igibu rispett lill-genituri taghhom, li jiehdu hsiebhom, li jduru bihom anki meta jixjiehu u jomordu, li jfittxuhom u jaraw li ma jkun jonqoshom xejn, li jingabru ghandhom b’uliedhom u wlied uliedhom u hemm iqattghu il-hin liberu taghhom fit-tgawdija ta’ familja maghquda.

Huwa dan l-isbah ezempju li l-ulied li saru huma stess genituri, jistghu jaghtu lil uliedhom stess. Ghax il-haga tintiret. Min joffri rispett, rispett isib. U Alla ma jiddejjaqx iwieghed li: “Min iweggah ’il missieru jitwal ghomru, min iweggah lil ommu Alla jaghtih il-hlas.”

Dan li qed nghidu ghall-ambjent tal-familja u ghar-relazzjoni bejn l-ulied u l-genituri, jiswa wkoll ghas-socjetà fejn ir-rispett lejn kull awtorità legittima johloq ambjent ta’ stabbiltà, ta’ gustizzja, ta’ paci, ta’ solidarjetà. Ghalhekk min imexxi ghandu jaqdi dan id-dmir bl-akbar responsabbiltà u servizz, waqt li c-cittadin ghandu jaghraf japprezza l-ugigh ta’ ras ta’ min irid imexxi ghall-gid komuni ta’ kulhadd, u dan jurih billi jirrispetta l-ligijiet u l-ordnijiet li jinghataw biex is-socjetà timxi tajjeb. Dan iwassal biex kulhadd ihossu stmat u rispettat u moghti d-dinjità li tixraqlu.

 

Dun Charles Cordina


KMANDAMENTI - Home


Jum il-Mulej + Kalendarju + Mistoqsija u Twegiba
HOME PAGE