|
|
|
Wara d-dnub ta’ Adam u Eva, il-ktieb tal-Genesi jirrakkonta d-dnub ta’ wiehed minn uliedhom: id-dnub ta’ Kajin. Minhabba l-ghejra li tkebbset f’qalbu, dan wasal biex qatel lil huh Abel. F’din is-sitwazzjoni, l-Iskrittura tipprezentalna lil Alla jistaqsi lil Kajin: “X’ghamilt? Lehen id-demm ta’ huk qieghed jghajjatli mill-art. U issa mishut int mill-art li fethet fommha u laqghet id-demm ta’ huk minn idejk” (Gen 4, 10-11). Il-kelma ta’ Alla tfakkarna kontinwament li l-hajja tal-bniedem hi ghaziza, ghaliex kull bniedem gie mahluq fuq ix-xbieha ta’ Alla. Hawnhekk tidher il-gravità tal-ksur ta’ dan il-Kmandament. Hekk turina, nghidu ahna, din is-silta qawwija hafna mit-Testment il-Qadim. “Minghand kull bniedem nithallas tal-hajja ta’ bniedem iehor bhalu... Kull min ixerred demm ta’ bniedem, minn bniedem iehor jixxerred demmu ghax skond ix-xbieha tieghu halqu l-bniedem Alla” (Gen 9:5-6). Gesù wkoll jitkellem b’mod iebes dwar dan il-kmandament. Dan jaghmlu fid-diskors tal-muntanja. Hawn Gesù jqabbel dak li hemm miktub fil-kmandamenti mat-tifsira aktar wiesgha ta’ dan il-kmandament, billi jinkludi kundanna ghall-korla, ghall-mibeghda u ghall-vendetta. “Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari, ‘La toqtolx.’ Mela jekk xi hadd joqtol ikun haqqu l-kundanna. Imma jien nghidilkom li l-kundanna tisthoqq ukoll lil min jinkorla ghal huh” (Mt 5, 21-22). Gesù hawnhekk jirreferi ghall-korla ghaliex dan is-sentiment huwa l-gherq jew ahjar l-ewwel targa li twassal lil xi hadd biex icappas idejh bid-demm ta’ haddiehor. Imbaghad Gesù jorbot il-kmandament mal-mibeghda lejn il-proxxmu. Huwa jghid: “Jekk tkun qieghed ittella’ l-offerta tieghek fuq l-altar u hemm tiftakar li huk ghandu xi haga kontra tieghek, halli l-offerta tieghek hemmhekk quddiem l-altar u mur l-ewwel irranga ma’ huk, u mbaghad ejja talla’ l-offerta tieghek” (Mt 5, 23-24). Dak li Gesù jixtieq jghidilna hu, li biex toqtol mhux bilfors ghandek bzonn sikkina jew xi pistola. Imma l-mibeghda u n-nuqqas ta’ mhabba vera twassal biex inti taqta’ barra persuna mill-hajja tieghek. Awtomatikament, int tkun qisek qed toqtol lil dik il-persuna, b’mod li inti tibda tirraguna daqslikieku dik il-persuna ma tezistix aktar ghalik! Minhabba f’hekk, San Gakbu fl-ittra tieghu jitkellem ukoll fuq l-ilsien, jigifieri, fuq kif nitkellmu fuq xulxin. Anki l-ilsien ghandu l-qawwa li joqtol, tant li l-awtur ta’ din l-ittra jxebbhu ma’ nar li jqabbad foresta shiha u jeqridha: “Ara, ftit nar jista’ jqabbadlek foresta shiha, u l-ilsien huwa nar, huwa dinja ta’ hazen fost il-membri ta’ gisimna” (Gak 3, 5-6).
P. Martin Micallef OFM Cap. |
|
|