|
|
|
ll-hajja ta’ kull bniedem hi qaddisa. Hu Alla s-Sid tal-hajja taghna tant li hadd ma jista’ jippretendi d-dritt li jeqridha u wisq anqas li jxejjen hajjet haddiehor, hati jew innocenti! Nisimghu ta’ spiss x’tghidilna l-Bibbja: “toqtolx lil min hu sewwa u bla htija” (Ez 23,7). Dan ghaliex il-qtil volontarju ta’ bniedem innocenti hu kuntrarju b’mod gravi ghad-dinjità tal-bniedem stess. Interessanti tghid li din il-lihi tiswa ghal kullimkien. Il-fatti huma ohrajn. Nafu kif id-difiza lehittima m’hijiex xi eccezzjoni ghall-projbizzjoni tal-qtil ta’ min hu bla htija. Ghalhekk jibqa’ dejjem lehittimu li thares hajtek. Huwa dmir serju! Ghalhekk min jiddefendi hajtu mhux hati ta’ omicidju anki jekk ikollu jaghti l-mewt lil dak li jhebb ghalih. Izda lanqas ghandna nuzaw vjolenza aktar mill-mehtieh biex nilhqu dan il-ghan! U dan jiswa wkoll ghall-awtorità pubblika. Din ghandha d-dritt u d-dmir li tikkastiga lil min jhedded il-hid komuni tas-socjetà b’pieni proporzjonati ghat-theddid. Hawn il-piena ghandha l-ghan li tiddefendi l-ordni pubbliku u s-sihurtà tal-persuni. Tghin ukoll, fil-qjies tal-possibbli, ghal korrezzjoni tal-hati. Il-htija hija dejjem gravi. Tista’ wkoll tasal biex kemm il-qattiel u kemm dawk li jghinuh, jaghmlu dnub hekk serju li jitlob il-vendetta ta’ Alla. Allura insemmu l-qtil tat-trabi, ta’ l-ahwa, tal-henituri jew ta’ xi persuna mizzewha biex dak li jkun jizzewweh, minghalih, lis-sieheb jew siehba tieghu! Dawn huma delitti gravi kontra r-rabtiet naturali. Mhux biss, izda lanqas ma nistghu nqieghdu l-hajja ta’ xi hadd fil-periklu bla ebda rahuni gravi. Bhalma lanqas nistghu nichdu l-ghajnuna taghna lil min hu fil-periklu li jitlef hajtu. Imma, kemm qeghdin inhallu lil min imut bil-huh? Huwa skandlu tassew kbir! Dan ma huwiex ukoll ‘omicidju’ anki jekk involuntarju? Il-hajja tal-bniedem jehtihilha rispett u harsien sa mill-ewwel mumenti ta’ l-ezistenza taghha. ‘Qabel ma sawwartek fil-huf, gharaftek; qabel hriht minn hdan ommok, ikkonsagrajtek’. It-twemmin taghna dejjem ikkundanna l-abort prokurat. Il-hajja trid tihi mharsa sa mill-mument tat-tnissil. L-ebda dijanjosi ma ghandha tissarraf f’kundanna ta’ mewt. Dak li jkun ghadu qed jissawwar fil-bniedem hu persuna. Hu ghemil immorali tiehu embrijuni umani ghal xi esperiment! Daqstant iehor huma immorali l-interventi, permezz ta’ manipulazzjoni, fuq il-wirt kromosomiku u henetiku ta’ l-embrijuni mhux bi hsieb ta’ kura, izda ghal skopijiet ohra. Dawn huma immorali u jmorru kontra d-dinjità u l-integrità tal-persuna. Allura, hajti mhix tieghi? Le. Alla huwa l-padrun ta’ hajjitna. Ghalhekk ukoll l-ewtanasja, mahsuba biex tqassar il-hajja ta’ min qed ibati jew tnehhiha, hija kontra l-lihi ta’ Alla. Il-Morda u l-handikappati ghandhom isibu l-ghajnuna biex jghixu b’mod dinjituz. Sa fejn wiehed jista’ huwa obbligat ikompli joffri l-ghajnuna mehtieha: hija sura privilehhjata ta’ mhabba kbira! Alla jridna niehdu hsieb sahhitna b’dak kollu li toffrilna x-xjenza bhala tajjeb u hust. Ghalhekk il-Knisja tfahhar il-kura tal-hisem, id-dieta, il-prattika ta’ l-isport; izda tikkundanna d-droga, ix-xorb u l-ikel zejjed u t-tipjip. In-Nisrani jrid jitbieghed mill-hlied u waqt li jfittex is-sliem, isir hu stess sliem ghal hutu l-bnedmin.
P. Mario Borg OCD |
|
|