|
|
|
Titnikket meta tmur tiftah it-televixin jew tisma’ r-radju jew taqra l-gazzetta biex tara x’ahbarijiet godda jkun hemm, u f’daqqa wahda, tara, tisma’ jew taqra fil-headlines li xi persuna nqatlet. Hija haga li sfortunatament mhux qed tkun nieqsa mill-ahbarijiet Maltin. U hija hasra li f’poplu daqshekk zghir fejn kulhadd jigi minn xulxin, u lkoll imhalltin bejnietna, u fejn ilkoll nafu ’l xulxin, fl-istess hin jigru fostna tragedji bhal dawn. U Alla ghalhekk talabna fil-hames kmandament biex “ma noqtlux”, ghax inkunu qed inxejnu s-socjetà li minnha rridu niehdu l-hajja. Ikun ghajb ghas-socjetà Maltija jekk din il-haga tkompli titkattar. U aktar u aktar inkunu qed inxejnu s-socjetà Maltija jekk fostna jidhlu ideat li bihom, ghal xi raguni jew ohra, nibdew naccettaw li l-hajja fil-bidu taghha jew lejn it-tmiem taghha tista’ tnehhiha. Jekk trid tkun taf kemm hija prezzjuza l-hajja u kemm iggib imrar meta tispicca, mur sas-swali ta’ l-isptar, idhol fis-swali tal-kura intensiva jew tal-maternità; u hemm tara kemm kulhadd ikun irid igawdi ta’ l-ewwel u mhux igarrab ta’ l-ahhar. Dan jghaddu minnu kemm il-persuni involuti, kemm il-qraba kif ukoll l-istaff mediku: ilkoll jifirhu u jkunu sodisfatti bil-hajja, u lkoll jitnikktu u jsewdu qalbhom meta flok il-hajja jkun hemm il-mewt. U nuknu qeghdin inxejnu l-hajja felhana fis-socjetà meta naslu biex noqtlu lil haddiehor, mhux ghax innehhulu hajtu, imma ghax kif nghidu bil-Malti “noqtluh b’ilsienna”. Kemm hawn sitwazzjonijiet ta’ persuni li jgibulek hasra tarahom imkissrin minhabba li xi hadd kissirhom b’xi qlajja’ li xerred biex dak li jkun jiehu posthom fuq ix-xoghol, jew jirbah l-appogg ta’ xi hadd li jista’ jegevolah, jew ghax jghir ghalihom. U xi nghidu mbaghad ghal qtil iehor li jsir – dak li joqtol ir-ruh ta’ haddiehor b’xi skandlu li jista’ jaghtih. Mhux ta’ b’xejn Gesù kien iebes fuq l-iskandli specjalment meta jsiru quddiem it-tfal. Skandli bhal dawn ihallu marka li ma titnehha qatt, u min jircevihom jibqa’ mkisser hajtu kollha. Kemm ghandna ghax naghrfu li l-hajja u s-sahha huma gid fdat lilna minn Alla. U ghalhekk il-hajja u s-sahha rridu nharsuhom, kemm ghalina nfusna kif ukoll ghall-ohrajn, biex jithares il-gid ta’ kulhadd. Mhux ta’ b’ xejn li meta gie Gesù, qalilna hu gie mhux biex inehhi xi tikka mil-ligi ta’ Alla, imma biex jipperfezzjonaha. Ghalhekk qalilna wkoll, li tant irridu naraw li niehdu hsieb haddiehor, li naslu mhux biss li ma noqtluhx, anzi li ahna stess inkunu lesti li “naghtu hajjitna ghal dawk li nhobbu”. Dun Charles Cordina |