Il-bniedem hu profondament immarkat bis-sesswalità tieghu. U dan mhux biss fil-gisem izda wkoll fil-hajja psikika u spiritwali. Tassew li ahna ma ahniex sura u xbieha ta’ Alla ghax ahna hlejjaq sesswali, izda ghax sesswali, nistghu nuru sewwa mhabbitna bhalma juriha hu. Ghalhekk imhabbitna ssir ukoll fekonda u tnissel hajjiet ohra. Tant li din il-qawwa fina tgawdi hafna min-natura sagra tas-sagrament. Dan ma jfissirx li kulhadd ghandu bil-fors jizzewweg. Lanqas ghandu jhossu donnu dizgrazzjat jekk ma jasalx ghaz-zwieg; ahseb u ara jekk jaghzel hu stess li ma jizzewwigx ghal skopijiet onesti u qaddisa!

Il-bniedem spiritwali ma jhossx il-htiega li jghakkes is-sesswalità fih. Irid biss jaccettaha fit-tjubija originali taghha kif fassalha l-Hallieq u kif hija mifdija minn Kristu. L-ghazla hielsa lejn dan l-iskop la ssir ossessjoni fih u lanqas oppressjoni. L-energija kollha tieghu tkun indirizzata lejn is-sewwa. Il-hidma sesswali lanqas hija riservata biss ghar-rapporti fiz-zwieg, izda wkoll ghal rapporti ohrajn onesti bejn diversi nies li bejniethom, certament, ma hi mahsuba ebda azzjoni genitali. Hekk isir bejn il-genituri u wliedhom u bejn il-hbieb.

Izda meta l-gibda sesswali tinfired mill-kumpless tal-valuri umani, allura jistghu jidhru abissi ta’ hazen, propju hemm fejn qabel kien kollox sewwa, delikat u gentili!

Il-kastità titlob li wiehed ikun imharreg fil-kontroll tieghu innifsu. Bniedem li jaf jikkontrolla jgawdi s-sliem; inkella jhalli ruhu tithassar u jsir infelici! Mela hu mehtieg ir-razan li joffri libertà u maturità, wara hidma fit-tul. Ghax barra li r-razan huwa virtù – jigifieri drawwa tajba li nirripetuha, hija wkoll grazzja. U ghalhekk meta jkun hemm sforz kulturali, dan il-kontroll jasal ikun shih. Tant li f’xi whud napprezzaw il-hajja ta’ vergnità, ta’ kastità jew celibat ikkonsagrat.

Ghal kuntrarju, meta l-kontroll ikun nieqes nilmhu diversi dizordnijiet morali. Il-pjacir sesswali jsir dizordinat meta jigi mfittex ghalih innifsu, bla ebda hsieb ta’ ghaqda ma’ xulxin, meta jkun il-kaz. Hekk insemmu l-masturbazzjoni: eccitazzjoni volontarja ghall-pjacir sesswali solitarju. Huwa nuqqas ta’ maturità fl-affettività, u bosta drabi huwa htija. Ghemil komuni huwa l-fornikazzjoni: ghaqda hazina barra z-zwieg ta’ ragel u mara mhux mizzewgin. Hawn tinhass il-gravità kontra d-dinjità. Huwa skandlu u att kriminali meta ssir ma’ xi hadd taht l-età! Nistghu noffendu din il-virtù sabiha b’hafna modi ohra, bhal bil-pornografija, bil-prostituzzjoni, bl-istupru. Numru mhux zghir ta’ rgiel u nisa juru tendenzi omosesswali fil-fond. Din il-qaghda ma ghazluhiex huma; ghal hafna minnhom hi prova kbira. Huma wkoll imsejhin biex iharsu l-kastità. Naturalment jonqos gravement min ma jzommx kontroll f’dan il-qasam.

Ma jonqsux ukoll ghemejjel koroh kontra r-rabta taz-zwieg validu. Jissemmew l-adulterju, id-divorzju u ghaqdiet bejn irgiel u nisa bla ebda rbit. L-abbuzi huma koroh u qatt ma jsiru bla ebda htija gravi. L-ghaqda fil-gisem m’hijiex moralment legittima jekk mhux meta tkun twaqqfet komunità ta’ hajja ghal dejjem bejn ragel u mara. L-imhabba ma tridx tkun test jew prova; izda ghotja shiha u definittiva ta’ zewg persuni lil xulxin.

P. Mario Borg OCD