|
|
|
Illum qisu ma hawn l-ebda gost iehor jekk ma tghidx cajta doppju sens, jekk ma tittantax ix-xemx ghaddejja, jekk ma tfittixx xeni skabruzi ta’ pornografija. U sirna kull ma nivvintaw, infittxu fih dak li jista’ jissodisfa dan il-pjacir: gibna t-televixin: l-ewwel ghax l-istazzjonijiet Sqallin, imbaghad ghax il-cable, u issa ghax is-satellita; gibna l-video... u spiccajna nfittxu minn hawn u minn hemm minn fejn sa niddobbaw videos li joffru xeni partikulari; gibna l-kompjuter... dahhalna l-internet... u rgajna koppi: l-aktar siti mfittxa huma dawk dwar pornografija u sesswalità!! Fejn jidhlu r-rivisti kellna genn li naraw fuq l-ixkaffef ta’ l-istationeries taghna rivisti li konna nisimghu fuqhom jew narawhom barra. U rnexxielna!! Qisu kull ma jkollna biex ikompli jghinna f’din il-manija bla kontroll... ghandna dan il-bzonn naturali... u hemm bzonn nissodisfawh! U tant, min jaghmel il-flus, jaf b’din il-manija li tinduna kemm qed jizdiedu r-riklami li bihom ghal kull tip ta’ prodott li joffrulek, iridu jwaqqghuk ghalih b’xeni xi ftit spinti halli zgur jaccertaw ruhhom li tibqa’ tarahom!! U xi nghidu ghall-prattika tal-hajja. Illum meta t-tfal jidhlu fl-adoloxxenza taghhom... jigifieri fl-etajiet ta’ hdax, tnax, u tlettax-il sena, digà qed jaghmlu esperjenzi... li ggib ghajnejk wara widnejk!! Altru ghadx hawn l-innocenza tat-tfulija!! Imbaghad xi nghidu li sa minn età zghira, digà qed niehdu attitudni fejn tidhol is-sesswalità li din hi esperjenza pjacevoli li hasra ma dduqhiex. U xi nghidu ghall-mentatlità li tfajla taghmel minn kollox bi lbiesha u bil-manjieri taghha biex twaqqa’ guvintur u sahansitra rgiel, xi kull tant anki mizzewgin, ghal dak li taf li huma qed ifittxu!! U l-hasra hija li din il-mentalità taz-zghozija kibret ma’ l-individwi, u llum qed ikollna adulti anki mizzewgin, li qed jibqghu bl-istess mentalità. Kemm nisa li jafu xi jridu l-irgiel, u kemm irgiel li jagevolaw u jaghtu l-lala lin-nisa li jesprimu lilhom infushom ghal dak li jridu huma. Sewwa jghid wiehed kittieb: li biex jghix il-virtù, ragel irid jieggieled kontra x-xewqat tieghu, u mara trid tirrezisti l-inklinazzjonijiet taghha u l-attakk kontinwu tar-ragel. L-istess tip ta’ relazzjonijiet li qed nibnu bejnietna huma bbazati biss fuq is-sesswalità... realtà li ma ssibx wisq pedament meta din ir-relazzjoni tkun trid tiffaccja sitwazzjonijiet u mumenti serji. U sadanittant... hafna jdoqqu l-istess diska... qisha l-unika wahda li taghmel hit. U safrattant jibqghu jizdiedu l-wegghat u l-inkwiet ta’ tfajliet-ommijiet, anki sa minn etajiet zghar; persuni sfruttati u uzati, stupri, fastidji u rikatti fuq il-postijiet tax-xoghol, abbuzi sesswali, ulied barra miz-zwieg, mard, ecc. U meta nhossuha?... meta toqros lilna... meta tmiss maghna u ningidmu... imbaghad hafna storbju u nilaghbuha tal-puritani ta’ bjuda immakulata... imma sadattant kollox ghaddej... u l-pjacir protagonist!! Kemm kellu ragun Alla meta fl-imhabba tieghu lejn il-bniedem talbu u qallu “la tiznix” halli tibqa’ tigi rrispettatha d-dinjità tal-persuna. U kemm xtaqilna l-gid Gesù meta talabna li “jekk ghajnejk hi okkazjoni ta’ dnub, aqlaghha barra’... jigifieri li nkunu ibsin maghna nfusna meta nindunaw li ghajnejna mhux qed ikollna kontroll fuqhom!! U kemm hi ghaqlija l-Knisja meta kompliet toffrilna l-ghajxien tas-safa u tal-kastità bhala mezzi biex ir-relazzjonijiet ta’ bejnietna jinbnew fuq l-imhabba vera u genwina. Tajjeb niftakru li s-sesswalità ma titfa’ l-ebda dawl fuq l-imhabba; imma hu biss permezz ta’ l-imhabba li nistghu nitghallmu nifhmu s-sesswalità. Jghidilna sew San Cirillu ta’ Gerusalemm: “Min izomm ruhu safi f’ghemilu, fi hsibijietu u fi kliemu, jista’ jghid lil Alla fil-Missierna: ‘tigi saltnatek.’ ”
Dun Charles Cordina |
|
|