|
|
|
Niftakar meta kont tfal, kulhadd kien ihalli c-cavetta mal-bieb ta’ barra. Mur ghamilha llum din il-haga!! Ghax anki jekk issakkar kemm issakkar isibulek kif jidhlu gewwa! Sar hawn negozju kbir tas-sigurtà, alarms kontra l-hallelin, assigurazzjonijiet kontra s-serq, u l-kumplament.
Ta’ kuljum tqum filghodu u taqra u tisma’ fl-ahbarijiet b’serqiet ta’ kull ghamla u ta’ kull xorta: minn fuq in-nies stess, minn djar, minn hwienet, minn lukandi, minn karozzi, minn banek, ecc.
Kemm hawn min ghadda minn esperjenzi koroh! Kemm hawn min kien fuq xoghlu u sab il-hallelin jhedduh; kemm hawn min bata biex hadem ghal sold u sab ruhu b’xejn ghax serquh!! Kemm hawn min baqa’ tahtha bix-xokk li ha meta sab daru zarmata u mqallba ta’ taht fuq!
Illum ikollok tieg fil-familja trid thallas persuna li tafdaha biex toqghodlok ghassa ma’ darek; illum tipparkja karozza u trid toqghod attent li ma tinsiex tixeghlilha l-alarm; illum tiftah hanut trid thallas somma gmielha biex tkun inxurjat; illum trid toqghod attent x’tilbes fuqek, x’turi li ghandek, biex ma jmurx ikun hemm xi hadd u tigih it-tentazzjoni!!
U dan biex ma nghidux fuq serq iehor li jsir u ftit nitkellmu fuqu... ghalkemm meta ninqarsu ngergru!! Serq, kif nghidulu ahna fil-wicc, ta’ prezzijiet gholja aktar milli suppost; ta’ hlasijiet esagerati ghal servizzi li jinghataw; ta’ prodotti hziena li jibqghu jitpoggew ghall-bejgh; ta’ dikjarazzjonijiet foloz biex jittiehdu xi beneficcji jew biex niffrankaw it-taxxi u l-kumplament! Ma’ dan tajjeb li nsemmu serq iehor, li mhux fil-wicc... serq li jsir bil-mohbi u minn taht bhalma huwa t-tixhim, l-uzura, il-korruzzjoni, il-klijentelizmu, ecc. Stampa xejn sabiha, anzi aktarx negattiva u sewda. Imma din hi r-realtà sfortunatament. U kulhadd igerger... u forsi meta tigina l-okkazjoni, is-serqa zghira taghna naghmluha wkoll!!
Kemm hi sfortuna kbira li ahna ma napprezzawx li Alla f’dan is-seba’ kmandament jixtiqilna l-gid, u jrid jarana nghixu f’socjetà hafna aktar trankwilla milli qed nghixu fiha llum, minkejja l-progress kollu li ghamilna. U dan il-parir ikompli jsahhu bil-kmandament l-iehor, l-ghaxar wiehed: “Tixtieqx hwejjeg ta’ l-ohrajn.” B’dan jitlobna nikkontrollaw ix-xewqa ghall-gid tal-proxxmu, li hi l-gherq tas-serq kollu.
U kemm xtaqilna l-gid Gesù meta gie fostna u mhux talli kkmandana biss ma nisirqux u ma nixtiqux hwejjeg ta’ l-ohrajn, imma qalilna biex naqsmu gidna ma’ l-ohrajn: “Aghtu u jinghatalkom.” U l-Knisja, imdawla bi kliem il-Mulej, gharfet tghix fi hdan il-komunitajiet taghha l-ispirtu ta’ qsim il-gid, fejn mhux talli ma nisirqux lil xulxin, imma npoggu kollox flimkien ghall-gid ta’ kulhadd. Dan kien l-ispirtu l-gdid li jaghti dinjità lil min ihaddnu. U ta’ dan hemm esperjenza wiesgha ta’ bosta Nsara li ghexu u ghadhom jghixu din ir-realtà.
Dun Charles Cordina |
|
|