Alla halla l-gid kollu mahluq taht it-tmexxija tal-bniedem biex jiehu hsiebu, jahkmu bix-xoghol tieghu u jgawdi il-frott tieghu. Dan il-gid kollu hu ddestinat ghal kulhadd. Huwa wkoll mahsub biex jiggarantixxi l-liberta u d-dinjità ta’ kull bniedem. Waqt li Alla huwa s-Sid, ahna nsiru amministraturi tal-Provvidenza divina. Jitlob minna razan gustizzja biex jitharsu d-drittijiet tal-proxxmu.

Jigri izda li l-kilba ghall-gid twassal lil xi whud biex jisirqu, jahfthu l-gid ta’ haddiehor kontra r-rieda tieghu. Issib min izomm il-gid ta’ haddiehor... min iqarrraq fin-negozju... min ihallas salarji ingusti... min jgholli l-prezzijiet bla razan. Issib min jaghmel hafna spekulazzjonijiet biex jikseb vantagg fuq danni li jgarrab haddiehor. Hemm min juza l-korruzzjoni f’imgibtu! Mhux rari li nies jaghmlu xoghol hazin u jridu jithallsu sewwa. Jew juzaw qerq fid-dikjarazzjonijiet tad-dhul jew jiffalsifikaw cekkijiet u fatturi tal-hlas! Dawn il-forom u ohrajn ta’ serq huma kollha ghemejjel ikkundannati minn Alla u jehtiegu riparazzjoni shiha. Is-serq huwa ingustizzja kbira li titlob restituzzjoni shiha skond il-possibilità. Il-hsara bosta drabi ma tkunx tista’ tissewwa.

Il-hajja socjali wkoll titlob il-kooperazzjoni ekonomika. Ghalhekk ic-cittadin ghandu wkoll diversi dmirijiet socjali serji, fosthom il-hlas tal-bolla u tat-taxxi gusti. Kull ghemil ingust iwassal biex il-bniedem isir ilsir; iwassal biex il-flus isiru alla tieghu. Allura x-xoghol jisthoqqlu jithares bhala dmir serju u wirja ta’ talenti li jfissru d-dinjità tal-bniedem. Huwa wkoll mezz ta’ qdusija. F’dan id-dawl l-istat u l-intrapizi ohra huma fid-dmir li jiggarantixxu x-xoghol ghal dawk li huma kapaci. Dan jitlob kontribuzzjonijiet xierqa u meta mehtieg, waqfien legittimu mix-xoghol biex jinkiseb il-gid. Il-valur ewlieni tax-xoghol hu l-bniedem innifsu miftuh ghas-sewwa.

Ghalhekk it-tmien kmandament jipprojbixxi t-taghwig tal-verità fir-relazzjonijiet ma’ haddiehor. Min jemmen f’Alla jrid jaghti xhieda li Alla huwa l-verità. Dan ifisser li ahna rridu nkunu sincieri, bla ebda qerq jew ipokrisja. Hadd ma jista’ jghix flimkien ma’ iehor jekk ma jafdax fih. Fiducija li ta’ spiss tilbes natura ta’ sigriet li ma ghandux jixxandar. Min-naha l-ohra meta stqarrija li tkun kontra l-verità ssir pubblika – xhieda falza – issir htija gravi. Dan l-ghemil, quddiem qorti, allura taht gurament, issir gurament falz: dnub serju hafna li jitlob riparazzjoni xierqa.

Il-malafama u l-kalunja jeqirdu l-fama tajba u l-gieh tal-proxxmu. Kull bniedem ghandu d-dritt ghall-fama tajba tieghu sakemm dan ma jitlifhiex b’xi ghemil hazin fil-pubbliku. Wiehed jista’ jonqos billi jiftahar izzejjed bih innifsu, jew bil-gideb, jew billi jikser is-sigriet professjonali. Anki l-informazzjoni li tinghata mill-mass medja hi ghall-qadi tal-gid komuni. Wiehed irid jevita kull esagerazzjoni u ma jkunx tant sensazzzjonali li jghawweg il-verità. Kull manipolazzjoni hija ksur tal-verità u hija ta’ hsara enormi.  Qatt ma ninsew li hadd ma hu obligat jghid il-verità lil min ma ghandux dritt li jkun jafha. Hekk ukoll kulhadd hu mistenni li jirrispetta b’mod xieraq il-hajja privata tan-nies.

 

P. Mario Borg OCD