|
|
|
Is-seba’ kmandament jipprojbixxi s-serq, jigifieri, li jiena niehu l-gid – ikun xi jkun – ta’ haddiehor kontra r-rieda ta’ dik il-persuna. Dan il-kmandament huwa l-bazi li fuqu jistrieh il-principju tal-proprjetà privata. Biex nifhmu dan irridu mmorru ghall-istorja tal-Poplu ta’ Alla. Qabel ma dawn zviluppaw bhala komunità, il-membri ta’ dan il-poplu kienu jghixu hajja ta’ nomadi, jigifieri, ma kellhomx post fiss fejn joqoghdu, imma kienu jigru minn post ghall-iehor. Meta mbaghad saru socjetà u allura kellhom l-ghelieqi u l-proprjetà taghhom, beda jinhass il-bzonn ta’ aktar sigurtà legali u morali. Dan hu espress fis-seba’ kmandament: “la tisraqx” (Dewt 5, 19). Il-ktieb ta’ l-Ezodu jispecifika aktar dan il-kmandament. Hekk nghidu ahna, jekk xi hadd kien jisraq xi bhima u jsibuha ghandu, hu kellu “irodd id-doppju” (Ez 22, 3). L-istess, “jekk xi hadd jaghti lil xi haddiehor flus jew hwejjeg biex izommhomlu u jisirquhomlu minn daru, jekk isibu l-halliel, dan irodd id-doppju” (Ez 22, 6). Il-ktieb tal-Levitiku jitfa’ aktar dawl fuq dawn il-kazi legali kif jidher minn dawn il-kwotazzjonijiet qosra: “La tahqrax lil ghajrek, u lanqas tisirqu... La tqarraqx fil-haqq, fil-qjies, fl-uzin u fil-kejl” (Lev 19, 13.35). L-Iskrittura hija mimlija b’ezempji ta’ serq ta’ kull xorta. Fil-ktieb tal-Genesi ghandna l-istorja ta’ Ghesaw u Gakobb, l-ahwa tewmin imwielda minn Rebekka ommhom, il-mara ta’ Izakk. Ghesaw, li twieled l-ewwel, kien meqjus bhal dak li fil-mewt ta’ missieru kellu jiret id-doppju ta’ huh u jsir ir-ras tal-familja. Imma huh Izakk, qarraq bih, u rnexxielu jisraq il-barka ta’ missieru biex b’hekk il-barkiet ta’ l-ewwel wild messew lilu flok lil huh (Gen 27, 18-29.37). Fit-Testment il-Gdid ukoll insibu bosta pariri u episodji f’rabta mas-seba’ Kmandmanet. Hekk, per ezempju, lill-Pubblikani li staqsewh l-istess mistoqsija, Gwanni wegibhom: “tissikkaw lil hadd biex jaghtikom taxxi izjed milli jmisskom tiehdu” (Lq 3, 13). L-istess, lis-suldati li marru ghand Gwanni l-Battista jistaqsuh x’ghandhom jaghmlu, it-twegiba li hadu kienet: “tisirqu lil hadd bit-theddid jew bil-qerq taghkom” (Lq 3, 14). F’dan l-istess Evangelju, San Luqa jipprezentalna l-episodju tal-laqgha ta’ Zakkew il-Pubblikan ma’ Gesù. Fid-dawl ta’ dan is-seba’ kmandament, Zakkew jghid lil Gesù: “Ara, Mulej, nofs gidi se naghtih lill-foqra, u jekk jien qarraqt b’xi hadd inroddlu ghal erba’ darbiet izjed” (Lq 19, 8). Fl-ittri ta’ San Pawl, ukoll insibu bosta pariri li jkomplu jghinuna nifhmu dan il-kmandament. Fl-ittra lill-Efesin, l-awtur iwissi hekk: “Iqis il-halliel li ma jisraqx aktar; imma jahdem bl-onestà b’idejh biex ikun jista’ jghin lil min ikun bil-bzonn” (Efes 4, 28). Meta naqraw l-Iskrittura, nindunaw kemm tiehu bis-serjetà dan il-kmandament, li ma torbtux biss mal-flus u mal-proprjetà, imma wkoll mal-fama u mal-karità.
P. Martin Micallef OFM Cap. |
|
|