Kemm jiddispjacik meta llum tisma’ min jghidlek: “Ma tista’ tafda lil hadd; kulhadd jidhak bik f’wiccek” jew “illum lanqas hbieb ma fadal”! Kemm hija hasra li tlifna valur li hu importanti fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna! Kif tista’ thossok kuntent meta ssibha difficli tafda? Ghidli kif tista’ tghix jekk ma ssibx f’min tafda! Ghidli kif tista’ tkun bil-paci f’qalbek, meta tghix f’biza’ li ma tista’ tafda lil hadd... ghax kulhadd lest biex iqarraq bik, jaqlibhielek, jghid fuqek minn wara dahrek, jigdeb fuqek, jaqla’ kalunji fuqek, u l-kumplament.

Kien propju ghalhekk li Alla fit-tmien kmandament talabna biex ma nqarrqux b’xulxin, anzi li nkunu sincieri fir-relazzjonijiet ta’ bejnietna. Kien ghalhekk ukoll li Gesù meta gie fid-dinja qalilna li kliemkom ghandu jkun “iva, iva, u le, le. Aktar minn hekk hu gej mill-hazin”.

Ilkoll naghrfu s-sbuhija tal-verità, tas-sincerità. Tant hu hekk, li haga li nfittxu fl-ohrajn zgur hija s-sincerità, ghax ma tistax thossok f’postok ma’ min mhux sincier mieghek, anzi dejjem jara kif sa jqarraq bik.

U ghalhekk Gesù kellu ragun meta talabna li “dak li tixtieq li haddiehor jaghmel lilek, aghmlu inti lilu.” U hekk hu xieraq – li kif jien nixtieq li haddiehor ma jqarraqx bija, anzi li jkun onest u sincier, hekk ghandu jkun kliemi u ghemili ma’ haddiehor.

U xi nghidu ghall-kruha tal-malafama u tal-gideb. Kemm issir hsara, xi kull tant anki bejn il-membri ta’ l-istess familja, meta xi hadd jaqla’ xi kalunja u jghid bil-gideb dak li mhux veru u jimplika lil haddiehor. 

U kif ma nsemmux ukoll f’dan il-kuntest ix-xhieda falza jew il-half falz li sirna mdorrijin niehdu bla skruplu ta’ xejn! Kif trid tohrog il-verità u tghin biex il-gustizzja ssir skond il-haqq meta int ma tghinx bil-verità tieghek?

Id-Disa’ Kmandament Illum l-infedeltà harget fl-apert, wasalna biex niftahru biha u nxandruha ma’ l-erbat irjieh ta’ pajjizna. Sirna naccettawha qisha m’hi xejn.  Niddikjarawha pubblikament u nuru rwiehna kuntenti li ninsabu f’dan l-istat. Alla jbierek, illum sirna nhajru ’l xulxin ghaliha, napprovaw dawn is-sitwazzjonijiet, u ninkoragguhom.

Tahsbu li dan qed jaghmlilna l-gid? Ma nindunawx kif qed inkissru lilna nfusna, b’hafna zwigijiet imfarrkin, b’ulied jigru minn ghand wiehed ghal ghand l-ohra, b’tensjonijiet ta’ habi biex ma ninqabadx, ta’ qrati mimlijn bil-kazijiet.

U dan minn fejn gej? Ghax m’iniex kapaci nrazzan lili nnifsi u qed inhalli n-natura tieghi tikkmandani hi. Inhoss hafna gibdiet, hafna xewqat, hafna hsibijiet... imma hu hawn fejn ghandha turi ruhha l-maturità tieghi, aktar u aktar meta nfittex l-ghajnuna t’Alla... li minkejja kollox nibqa’ sod f’dak li ddecidejt u ntrabatt bih.

Kemm ahna ibsin maghna nfusna llum biex inzommu l-persuna taghna zaghzugha u b’sahhitha... x’sagrificcji naghmlu, u kemm affarijiet tajbin li jipprezentawlna, imma li nafu li mbaghad inpattuha qares ghax, per ezempju, malajr nihxienu. Allura tajjeb! F’din ghandi l-kuragg, u fl-ohra, li hi hafna aktar serja... ghax biha kissirt zwieg u familja, naqa’ mill-ewwel, barra li ma nafx kemm nies inkwetajt u weggajt (fosthom qraba) biex tajt lok ghall-passjonijiet tieghi.

Kien jaf x’qed jghid Gesù meta qalilna: “Smajtu x’intqal, ‘la taghmilx adulterju’, imma jien nghidilkom li kull min ihares lejn mara u jixtieqha jkun ga ghamel adulterju f’qalbu. Jekk ghajnek il-leminija hi ghalik okkazjoni ta’ dnub, aqlaghha barra, ghax aktar ikun jaqbillek jekk tintilef bicca wahda minn gismek, milli gismek kollu jinxtehet fl-infern.”

Kemm ghandhom ghax jifirhu u jroddu hajr lil Alla dawk li ghalqu 25, 50, 60 sena mizzewgin flimkien, u forsi aktar, u minkejja kollox, minkejja t-tlugh u l-inzul, minkejja t-tentazzjonijiet, minkejja l-waqghat... baqghu fidili lejn xulxin. Lil dawn ghandna nammiraw, u nimitaw, u nipprezentaw bhala mudelli ta’ mizzewgin.

 

Dun Charles Cordina