|
|
|
It-tmien kmandament: “la taghtix xhieda giddieba kontra ghajrek” (Ez 20, 16) irridu narawh f’kuntest legali. Dan ifisser li dan il-kmandament ghandu x’jaqsam mas-sistema u l-proceduri tal-qrati. Hawn ix-xhieda, li skond il-ktieb tad-Dewteronomju, iridu jkunu ta’ l-anqas zewg persuni (Dewt 19, 15), iridu jghidu l-verità fuq dak li jkunu raw jew semghu kontra min ikun qed jigi akkuzat. Il-ktieb ta’ l-Ezodu jaghti importanza lil dan l-aspett tax-xhieda: “La taqlax xniegha giddieba; la taghtix idek lil bniedem hazin biex tixhed bil-qerq. La tmurx mal-kotra biex taghmel id-deni; u f’tilwima tixhidx skond il-kotra, biex ma tghawwigx is-sewwa” (Ez 23, 1-2). Minkejja twissijiet bhal dawn, l-Iskrittura tipprezentalna wkoll kazi ta’ xhieda foloz. Hekk, per ezempju, fl-Ewwel Ktieb tas-Slaten naqraw l-episodju tax-xhieda kontra Nabot. Nabot kellu ghalqa tad-dwieli li xtaqha s-Sultan Ahab. Gezabel, il-mara ta’ dan is-sultan, qabdet zewg persuni biex jixhdu falz kontra Nabot u jakkuzawh li dan kien sehet ’l Alla u lis-sultan. Qauddiem din ix-xhieda qarrieqa, Nabot gie kkundannat ghall-mewt: “harguh barra mill-belt, haggruh, u miet” (1 Slat 21, 13). B’hekk, is-sultan seta’ issa jiehu bil-kwiet l-ghalqa tad-dwieli li kienet ta’ Nabot. Il-ktieb ta’ Danjel jirrakonta l-istorja ta’ Susanna, mara sabiha u twajba quddiem Alla li kienet sa taqa’ vittma ta’ zewg anzjani li “giethom kilba ghaliha” (Dan 13, 8) u “xtaquha toqghod ghalihom” (v.12). Minhabba li hija rrifjutat dan, huma taw xhieda kontriha u akkuzawha b’mod falz li kienet wettqet adulterju ma’ zaghzugh. Il-profeta Danjel gie mnebbah minn Alla biex jiddefendi l-innocenza ta’ Susanna. Ghalhekk huwa sejjah lil dawn iz-zewg anzjani quddiem il-poplu u talabhom jergghu jaghtu x-xhieda taghhom separatament. Kien hawn li dawn it-tnejn ma qablux fix-xhieda taghhom, u ghalhekk Danjel irnexxielu juri l-qerq tax-xhieda taghhom u l-innocenza u t-tjubija ta’ Susanna. “U lkoll daru ghaz-zewgt ixjuh, ghax bi kliemhom stess ikkundannaw lilhom infushom bix-xhieda falza li taw, u ghamlulhom bhalma huma, bil-hazen ta’ mohhhom, riedu jaghmlu lil haddiehor; u hekk imxew fuq il-Ligi ta’ Mosè u qatluhom. Dak in-nhar demm l-innocenti kien salvat” (Dan 13, 61-62). It-Testment il-Gdid ukoll fih twissijiet cari li jkomplu jghinuna nifhmu dan il-kmandament. L-awtur ta’ l-ittra lill-Efesin iwissi hekk: “warrbu minnkom il-gideb u ghidu l-verità wiehed lill-iehor, ghax ahna membri ta’ xulxin” (Efes 4, 25). Fid-Diskors tal-Muntanja, imbaghad, Gesù jaghtina l-interpretazzjoni shiha ta’ dan it-tmiem kmandament meta jghidilna: “Imma jien nghidilkom biex ma tahilfu xejn, u la bis-sema... u la bl-art... ha jkun id-diskors taghkom, iva, iva, le, le; kull ma hu izjed minn hekk gej mill-Hazin” (Mt 5, 34-35.37). Dak li Gesù ried ifisser hu li ahna ghandna nghidu dejjem il-verità!
P. Martin Micallef OFM Cap. |
|
|