|
|
|
Id-disa’ u l-ghaxar kmandament nistghu nigbruhom flimkien. Il-bazi taghhom hija dak li naqraw fil-ktieb ta’ l-Ezodu: “La tixtieqx dar ghajrek, la tixtieqx il-mara ta’ ghajrek, il-qaddej jew il-qaddejja tieghu, il-ghogol jew il-hmar tieghu, u xejn minn kull ma ghandu ghajrek” (Ez 20:17; ara Dewt 5:21). Fid-dawl ta’ din il-kwotazzjoni, il-Knisja fissret id-disa’ kmandament bhala wiehed li jipprojbixxi l-gibda tal-gisem, filwaqt li l-ghaxar kmandament jipprojbixxi l-gibda ghall-gid ta’ l-ohrajn. Dawn l-ahhar zewg kmandamenti juruna li dak li Alla qed jitlob minna jehodna direttament fil-gewwieni tal-qalb taghna li minnha johorgu x-xewqat kollha taghna kif jghid tajjeb Gesù stess: “Ghax hu minn gewwa, mill-qalb tal-bniedem, li johorgu l-hsibijiet il-hziena: zina, serq, qtil, adulterju, reghba, hazen, qerq, libertinagg, ghira, malafama, suppervja u bluha. Dal-hazen kollu minn gewwa johrog u jtabba’ lill-bniedem” (Mk 7:21-23). Dawn iz-zewg kmandamenti, mela, juruna li huma x-xewqat li hemm go fina li jwassluna biex nidinbu u biex insiru skjavi ta’ l-istess xewqat taghna. Minhabba f’hekk, l-awtur ta’ l-Ewwel Ittra ta’ San Pietru jwissina: “Nitlobkom biex bhala barranin u ghorba ticcahhdu mix-xewqat tal-gisem li jitqabdu kontra r-ruh” (1 Pt 2:11). San Gakbu wkoll jitkellem mix-xewqat hziena taghna li jwasslu ghall-mewt: “Kull bniedem imgarrab jingibed u jithajjar mill-passjoni tieghu stess. Imbaghad il-passjoni, meta tnissel, tiled id-dnub; u d-dnub, meta jilhaq il-milja tieghu, igib il-mewt” (Gak 1:14-15). Huwa fid-dawl ta’ dawn iz-zewg kmandamenti, li nistghu nifhmu wahda mill-beatitudnijiet ta’ Gesù: “Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, ghax huma jaraw ’l Alla” (Mt 5:8). L-Iskrittura turina li l-ksur ta’ dawn iz-zewg kmandamenti gej mill-passjonijiet li hemm jitqabdu fina u mir-reghba ghall-flus. L-awtur ta’ l-Ittra lill-Kolossin jghaqqad dawn iz-zewg xewqat flimkien meta jghidilna: “Mewtu go fikom dak kollu li hu ta’ l-art: zina, fahx, gibdiet hziena, u r-regbha li hi idolatrija” (Kol 3:5). Gesù stess iwissina bi kliem car u jghidilna li l-hajja taghna ma tiddependix mill-gid u x-xewqat taghna: “Ifthu ghajnejkom u harsu rwiehkom minn kull rebgha, ghax imqar jekk wiehed ikollu bir-radam, hajtu ma tiddependix mill-gid li jkollu” (Lq 12:15). Naghlqu dawn il-hsibijiet fuq il-kmandamenti, li harisna lejhom mil-lenti tal-Kelma ta’ Alla, billi nipprezentaw dak li jghidilna l-awtur ta’ l-Ewwel Ittra ta’ San Gwann. Dan jghaqqad flimkien il-harsien tal-kmandamenti ta’ Alla ma’ l-imhabba taghna lejn xulxin u lejn Alla. “Minn dan nafu li nhobbu lil ulied Alla, meta nhobbu ’l Alla u naghmlu l-kmandamenti tieghu. Ghax din hi l-imhabba ta’ Alla, li nzommu l-kmandamenti tieghu” (1 Gw 5: 2-3).
P. Martin Micallef OFM Cap. |
|
|