Qatt ma hassejna ’l Alla jaqtghalna nifisna aktar mill-mod kif jigu mhabbra lilna dawn l-ahhar zewg kmandamenti. Qisu Alla jridna boloh...! Iridina bla karattru...! La jridna nhobbu l-gisem u lanqas il-gid ta’ haddiehor. Li ghandek: ibza’ ghalih, hu hsiebu u oqghod kuntent.

Izda dan mhux il-hsieb ta’ Alla. Hu jurina, bhala hallieq taghna, li fina tezisti certa tensjoni bejn dak li hu propju tal-gisem u dak li huwa spiritwali. Ma ghandniex nistmerru dak li huwa materjali u lanqas nikkundannaw il-gisem; izda nikkoltivaw il-qawwa spiritwali biex nibnu fina l-personalità matura taghna. Kristu jsejhilna ‘beati’ meta nkunu safja kemm f’qalbna, u allura naraw lil Alla, kemm ukoll f’gisimna, biex ingawdu lil Alla!

Is-safa tal-qalb hija kundizzjoni mehtiega biex tghinna naraw il-mahluq kif jarah Alla; biex nilqghu lil haddiehor bhala proxxmu taghna... biex nistmaw lil gisimna u gisem ghajrna bhala tempju ta’ l-Ispirtu Qaddis ta’ Alla. Hu ghalhekk lil nircievu l-Maghmudija li mhux biss iddahhalna bhala membri tal-Knisja ta’ Kristu, izda tghinna nikkumbattu x-xewqat dizordinati li jitqabdu fina! Ghal dan il-ghan nithajru nhaddnu arma spiritwali ohra: il-virtù tas-safa, biex waqt li nhobbu sewwa b’qalb safja, inkunu kapaci nutilizzaw kif jixraq il-hars taghna, l-immaginazzjoni u l-hsibijiet kif ukoll certi pjaciri li jhawduna. Is-safa jitlob il-misthija: dan hu element li jsahhah it-trazzin taghna nfusna. U llum, donnu m’hemmx limiti f’dan ir-rigward. Izda hawn hi l-maturità li nixtiequ niksbu lkoll kemm ahna: napprezzaw lilna nfusna u nivvalutaw lill-ohrajn. Hija diskrezzjoni u galbu ma’ l-ohrajn.

Naturalment is-suriet ta’ misthija jvarjaw minn kultura ghall-ohra. Il-’mass media’ jistghu jghinuna u jfixkluna. Reklami u programmi, flmkien ma’ ambjenti socjali ghandhom joffru aktar informazzjoni ta’ rispett milli spettaklu ta’ erotizmu, ta’ kurzità zienja u illuzjoni li jizvijaw il-bniedem. Mhux l-ewwel darba li nahbu t-tezor taghna f’dan l-ispazju. U fejn hemm it-tezor tieghek, hemm tkun qalbek ukoll!

Il-hajriet lejn il-gid materjali jwassluna biex nixtiequ gid haddiehor jew biex jaghtuna pjacir dizordinat. Insemmu allura x-xehha: xewqa li taghmel tieghek bir-radam il-gid ta’ l-art; hekk ukoll ir-reghba minghajr qjies li tigi minn passjoni bla razan ghall-ghana u ghas-setgha! Hekk ukoll l-ghira li ggellidna ma’ xulxin. Gieli smajna li l-ghira hi wiehed mis-sebat irjus tad-dnubiet il-mejta. Dan ghax ikun jfisser in-niket li wiehed ihoss quddiem il-gid ta’ l-ohrajn u fl-istess waqt juri x-xewqa bla razan biex dan il-gid isir tieghu, ukoll b’mezzi li ma ghandux juza. Allura mgiba bhal din hija dejjem hatja. Mhux ghalhekk Santu Wistin jghid li hu ‘dnub tax-xitan!’ Ghax mill-ghira jigu l-mibeghda, il-malafama, il-kalunnja, il-pjacir ghad-deni tal-proxxmu kif ukoll id-dispjacir ghar-rizq li wiehed igawdi. Insomma insiru suppervi, nitilfu l-imhabba.

Alla jridna nsiru bhalu. Hu halaqna ghalih u qalbna ma tistriehx jekk mhux biss fih. Hu jrid ikun Alla taghna biex ahna nsiru l-poplu tieghu. Offrilna dawn l-Ghaxar Kelmiet: il-kmandamenti. Fasslilna stil ta’ hajja, u halliena fil-libertà! Ma hemmx imhabba akbar minn din. Ejjew inwiegbu b’kuragg u tama ta’ wlied. Hu jhallina nsibuh kull meta nfittxuh.

P. Mario Borg OCD