“Jekk trid tidhol fil-hajja, hares il-kmandamenti” (Mt19, 17). Hekk wiegeb Gesù lil dak ir-ragel li staqsieh x’ghandu jaghmel biex jiret il-hajja ta’ dejjem. Din it-twegiba ta’ Gesù tehodna lura fit-Testment il-Qadim. Hemmhekk, fi-ktieb ta’ l-Ezodu, naqraw kif Alla heles lill-poplu Lhudi mill-jasar ta’ l-Egittu u ghaddieh minn mixja twila fid-dezert sakemm waslu fl-Art Imweghda. Kien f’din l-esperjenza fid-dezert, li Alla nnifsu ta lil Mosè l-ghaxar kmandamenti (Ez 20, 1-17).
     Il-grajja ta’ l-ghoti tal-kmandamenti hija rrakkuntata b’mod spettakulari: “fit-tielet jum mas-sebh kien hemm raghad u beraq, u shab ohxon ghatta l-muntanja...” (Ez 19, 16). Dan ix-xenarju huwa pprezentat mhux biex ibezza’, imma pjuttost biex jipprepara ghal dik li tissejjah “teofanija”, jigifieri, id-dehra ta’ Alla. Kif kien Alla nnifsu li hareg lill-poplu mill-esperjenza qarsa tal-jasar ghall-esperjenza ta’ helsien, hekk issa ukoll kien Alla li wera lilu nnifsu fl-ghoti ta’ l-ghaxar kmandamenti.
     Mela, l-iskop tad-Dekalogu, kif inhu msejjah, jew ahjar ta’ l-ghaxar kelmiet (Ez 34, 28; Dewt 4, 13; 10, 4) huwa li juri kif ahna nistghu nghixu hajja hielsa mill-jasar tad-dnub. B’hekk nistghu nifhmu li hemm rabta bejn il-grajja ta’ l-Ezodu – jigifieri, l-helsien mill-jasar ta’ l-Egittu – u l-ghoti tal-Kmandamenti, li juru l-mod ta’ kif nistghu nghixu l-helsien veru mill-jasar tad-dnub.

It-Testment il-Qadim jipprezentalna l-ghoti tal-Kmandamenti bhala parti mill-Patt li Alla ghamel mal-poplu tieghu. Dan il-Patt ma kien xejn ghajr ftehim bejn Alla u l-poplu tieghu. Min-naha taghhom, il-Lhud intrabtu li jharsu l-Kmandamenti u l-ordnijiet ta’ Alla bhala sinjal tal-fedeltà taghhom lejn dak li helishom mill-jasar ta’ l-Egittu. Huwa ghalhekk li dan in-nisel beda jissejjah “il-Poplu ta’ Alla”. “Jekk tisimghu lehni u zzommu l-patt ieghi, intom tkunu l-wirt tieghi fost il-popli kollha” (Ez 19, 5). Fl-ghoti tal-Kmandamenti, Alla, mela, ried juri l-poplu tieghu kif setghu jghixu tassew bhala “gens qaddis” (Ez 19, 6).
     Huwa ghalhekk ukoll li dawn l-ghaxar kmandamenti nistghu naqsmuhom f’zewg kategoriji. L-ewwel kategorija tigbor fiha l-ewwel tliet kmandamenti, li jghinuna naghrfu kif ghandna nhobbu ahjar lil Alla. Gesù nnifsu jfissrilna li dan hu l-akbar kmandament: “Hobb il-Mulej Alla tieghek b’qalbek kollha, b’ruhek kollha, u b’mohhok kollu” (Mt 22, 37).
     It-tieni kategorija, tigbor fiha l-kumplament tal-Kmandamenti. L-ahhar sebgha Kmandamenti jghinuna naghrfu kif ghandna nghixu ma’ xulxin. Gesù jigbor din it-tieni kategorija f’daqqa u jorbotha ma’ l-ewwel kategorija meta jghid: “It-tieni (Kmandament) jixbhu: Hobb ’il ghajrek bhalek innifsek’” (Mt 22, 39).
     Minkejja li l-Kmandamenti nghataw minn Alla nnifsu, kellna nistennew il-migja ta’ Ibnu Gesù fostna biex ikollna l-interpretazzjoni vera taghhom. Gesù jiddikjara li hu ma giex biex jeqred il-Ligi, imma biex iwassalha ghall-perfezzjoni (Mt 5, 17). Dam narawh b’mod specjali fid-Diskors tal-Muntanja (Mt 5-7) li ahna lkoll mistednin biex naqrawh u nghixuh!

P. Martin Micallef OFM Cap.