|
|
|
Mhux l-ewwel darba li l-Knisja toffrilna gabra shiha tat-taghlim nisrani u morali. Fil-Katekizmu l-gdid tal-Knisja, ahna nilmhu mhux aktar tigdid fid-duttrina u l-veritajiet, izda fil-mod kif dat-taghlim ghandu jigi offrut lilna fi zminijetna. Tnisslu mentalitajiet u kulturi godda li lkoll iridu jaghtu twegibiet u nterpretazzjonijiet imgedda ghall-Kelma eterna ta’ Alla, li issa qed nisimghuha aktar ta’ spiss. Il-kelma “katekizmu” tfisser tisma’ xi haga minn ghand hadd iehor! Illum l-esperti tal-Knisja jitkellmu u jhabbrulna s-sewwa kollu, u mhux aktar dak miktub minn Ruma! Hekk jiftiehem ahjar il-misteru tal-Knisja li jissahhah b’rabtiet sodi bejn Alla u l-bniedem li jaghmel is-sewwa. Se nsibu veritajiet li nafuhom u ohrajn godda, li zviluppaw mall-medda ta’ l-ahhar snin. Ghax il-“hajja ma’ Kristu” qieghda dejjem tissahhah u tiggedded b’rabtiet diversi li joffru hajja li ma tintemm qatt. Din thares il-perfezzjoni Nisranija u r-rabtiet taghna bejnietna fi zvilupp seren li joffri serhan. Waqt li joffrilna l-veritajiet kbar li jghinuna norganizzaw ruhna bejnietna mal-ligi ta’ l-imhabba ta’ Alla, it-tifsira tal-Kmandamenti taghmel enfasi fuq problemi li tfaccaw f’dawn l-ahhar snin. Sa tixxandar b’mod qawwi il-gustizzja socjali u l-harsien tal-familja; l-offizi kontra l-gid komuni u l-hsara kontra l-persuna; l-indhil tax-xitan u l-presenza tal-qawwa ta’ Alla l-Hallieq. Huma d-dnubiet godda li qed ihawdu mohh il-bniedem, ukoll jekk dan jghid li jemmen. Izda t-taghlim tal-knisja ma jinbiddilx. U ghalhekk mhux tibdil sa nfittxu li nsibu, izda zvilupp kapaci jdawlilna mohhna u qalbna biex naccettaw lil Alla li huwa Mhabba Hajja. Ghandu jkun rigal kbir li sa jghinna niskopru aktar kif insiru izjed midhla ta’ Alla. Mhux ibeghedna, izda jghinna. Il-kmandamenti huma ghaxra: tlieta jitkellmu fuq Alla u l-ohrajn fuqna l-bnedmin. Dawn l-ghaxar kelmiet Alla rrivelahom lill-poplu tieghu u gew lilna mhabbrin fil-Kotba Mqaddsa. Insibuhom kemm b’mod negattiv, jigifieri huma projbizjonijiet, kemm b’mod pozittiv: bhar-raba’ wiehed! Billi huma ta’ Alla, nafu li ma jistghux jinbiddlu, anzi jobbligaw dejjem u kullimkien! Hadd ma jista’ jehles lilu nnifsu milli jharishom, ghax kif jinghad sew “Alla naqqaxhom fil-qalb tal-bniedem”. P. Mario Borg ocd |
|
|