|
|
|
Hekk ghamel Alla meta halaq il-bniedem u tah il-hajja. Hu biss jaf x’hemm fil-bniedem. Hu biss jaf kif il-bniedem ghandu jaghmel biex johrog it-tajjeb minnu nnifsu, u x’jista’ jaghmillu hazin. Kien ghalhekk li fuq il-muntanja Sinaj, Alla ta lill-bniedem id-directions jew ahjar il-kmandamenti. Tant hu hekk li meta tisraq, tqarraq, toqtol u jghadduk qorti, ipogguk il-habs biex tirranga ruhek. Altru li dawn il-kmandamenti humiex punti ta’ qdusija, huma fuq kollox biex jaghmluk nies!! Dawn m’huma xejn hlief “l-anqas haga” li l-bniedem jista’ jaghmel biex izomm id-dinjità tieghu ta’ bniedem. Tant hu hekk li minkejja l-eluf ta’ snin li ghaddew minn fuqhom, dawn il-kmandamenti ghadhom jghoddu sallum. Ghax x’inhuma l-problemi u l-inkwiet taghna llum jekk mhux ghax ma hawn rispett lejn hadd; ma tista’ tafda lil hadd, bil-biza’ li jisirquk haj; ma jiddejqux ipogguk fil-periklu li titlef hajtek ghal xejn b’xejn; tibza’ tidhol ghaz-zwieg ghal dak li tara u tisma’ madwarek; kontroll ta’ xejn fuqna nfusna u l-aqwa dak li jkun jinqeda hu; kulhadd bin-nervi; jahtfuk kif tkellimhom; jidghu u jkellmuk hazin kif tizbalja xi ftit? Hajja bla Alla, hlief meta dak li jkun toqorsu l-mewt ghax tigi qribu u madwaru - u l-hsieb ta’ Alla, nghiduha kif inhi, ikun hafna drabi biss ghal mument, ghax malajr jintesa kollox u dak li jkun jerga’ ghalli kien!! Iva, u din hi l-akbar marda tal-bniedem, il-prezunzjoni tieghu li jahseb li jista’ jghix hajtu minghajr ma jindahallu hadd, lanqas l-istess Hallieq li halqu u gabu fid-dinja. It-Torri ta’ Babel u dak li gab mieghu dan l-episodju, meta l-bniedem haseb li jista’ jilhaq is-sema b’idejh, sfaxxa ghax l-istess bniedem ma baqax jifhem lilu nnifsu u lill-ohrajn ta’ madwaru! U hekk jigrilna meta ma naghtux kas tad-directions li tana l-Hallieq fil-kmandamenti. Progress enormi, u dizordni shih! Alla kien li ghinna nuzaw hajjitna bl-ahjar mod possibbli ghall-gid taghna stess. Hekk tghid l-iskrittura: “Paci kbira jkollhom dawk li jharsu l-ligi tieghek, u ghalihom m’ hemm l-ebda tfixkil." U hekk tenna l-Papa meta mar f’pellegrinagg fuq il-muntanja Sinaj minn fejn inghataw l-ghaxar kmandamenti: “Dawn m’humiex impozizzjoni ta’ Alla-tirann, inkitbu fuq twavel tal-gebel: imma qabel dan inkitbu fuq il-qalb tal-bniedem bhala ligi morali u universali, li tiswa ghal kull zmien u f’kull post. Illum, bhal dejjem, l-ghaxar kelmiet tal-ligi jipprovdu l-unika vera bazi ghall-hajja ta’ l-individwi, tas-socjetajiet, u tan-nazzjonijiet. Illum, bhal dejjem, huma l-uniku futur ghall-familja umana. Huma jsalvaw il-bniedem mill-forza ta’ l-egoizmu, il-mibeghda u l-hzunija li teqirdu. Dun Charles Cordina |
|
|