TALBIET TA’ INTERCESSJONI

Huti gheziez: Alla ried idawwal dan il-lejl (il-jum) bid-dija ta’ Gesù Kristu li twieled minn Marija Vergni. Nitolbu biex it-twelid tal-Feddej taghna jgib is-sliem u l-imhabba fid-dinja kollha.

Ghall-Knisja, biex issir dejjem izjed tixbah lil Kristu, li Ommu Marija wilditu fil-faqar u fl-umiltà. Nitolbu…

Ghall-bnedmin foqra, imwarrbin, u vittmi tal-vjolenza u tal-gwerra, biex il-Mulej igibilhom id-don tal-paci dejjiema. Nitolbu…

Ghat-tfal tad-dinja kollha, u l-aktar ghal dawk li huma bla genituri, bla dar u bla ikel, jew li huma mahqurin. Nitolbu…

Ghall-paci fid-dinja u f’pajjizna, biex Kristu jghallimna nhobbu u nirrispettaw lil xulxin bhal ahwa. Nitolbu…

Ghalina li ngbarna f’din l-Ewkaristija fil-Milied tal-Mulej, biex nilqghu lil Kristu f’hajjitna, kif laqghuh Marija,Guzeppi u r-rghajja. Nitolbu…

Missier Qaddis, dawwal lilna, qaddejja tieghek, bid-dawl tal-Verb tieghek maghmul bniedem; u aghtina li naghrfu u nghozzu d-dinjità ta’ wlied Alla li gabilna fit-twelid tieghu Ibnek Gesù Kristu Sidna, li jghix u jsaltan ghal dejjem ta’ dejjem. Ammen.