Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu, lil Alla li hu, li kien, u li gej.
 

Il-Genna tal-Art

Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika jirreferi ghall-holqien bhala “Ghemil tat-Trinità Qaddisa” (Kap.1, Par.4 II). Mhux ta’ b’xejn li l-opra tal-holqien tirrifletti l-perfezzjoni u l-misteru tat-tliet persuni f’Alla wiehed. Il-Missier sawwar Genna tal-Art. X’ghamel il-bniedem b’din il-genna tal-art hija storja ohra. Inti li qed taqra taf jekk kompliex mal-pjan tal-Hallieq, minn mindu “Il-Mulej ha lill-bniedem u qieghdu fil-gnien tal-Gheden biex jahdmu u jharsu” (Gen 2:15) sal-lum.

Il-bniedem abbuza mill-generozità t’Alla, ghax haseb li l-holqien issa kien sar tieghu. L-episodju tal-frotta huwa biss l-aktar ezempju evidenti ta’ dan. Izda t-Testment il-Qadim digà jurina li l-bniedem kemm-il darba uza hazin irrizorsi naturali. Intom “gejtu u tebbajtuli arti, waqqajtuli l-wirt tieghi f’ghajb” u “Int cappast l-art biz-zina u l-hazen tieghek” (Ger 2:7; 3:2). U dan kien biss il-bidu ta’ process ta’ sfregju fuq il-holqien min-naha tal-bniedem.

Madankollu, l-imhabba infinita ta’ Alla kompliet tintwera meta hu baghat fid-dinja lill-eghzez tezor tieghu – lil Ibnu stess, li fih kien sab “l-ghaxqa tieghu” (Mk 1:2). Mhux biss, imma lil Kristu “nghatat kull setgha fis-sema u fl-art” (Mt 28:18).

L-iskop ewlieni, mela, tal-migja tat-Tieni Persuna tat-Trinità, kien li jfejjaq id-dinja mill-mard kollu taghha – dak li ahna normalment insejhulu dnub. Imma anki hawn ahna gieli nitfixklu u ninsew li nkunu qed nonqsu lill-Hallieq ukoll meta nonqsu lill-holqien. Mela Kristu gie biex ifejjaq lill-bniedem minn dan it-tip ta’ dnub ukoll. U ghax kien jaf li l-bniedem hu dak li hu, accertana “... jiena maghkom dejjem, sal-ahhar taz-zmien” (Mt 28:20).

Hawn jidhol l-Ispirtu s-Santu, “Mulej li jaghti l-hajja”, kif nistqarru fil-Kredu. Huwa hu, mela, li jghinna nikbru fil-fidi  u fl-gharfien tat-tajjeb. San Pawl huwa car: “Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu t’Alla huma wlied Alla” (Rum 8:14).

Issa kif nista’ nghid li jien imexxini l-Ispirtu jekk nibqa’ naghmel ta’ rasi fi stil ta’ hajja xejn sostenibbli? Madankollu, huwa l-istess Spirtu ta’ Alla li jnebbah lill-bniedem biex irawwem modi godda ta’ kif jista’ jista’ jghix aktar bil-ghaqal, milli forsi ghex s’issa. Ma ninsewx li wiehed mid-doni ta’ dan l-istess Spirtu huwa l-Gherf – dak l-Gherf li permezz

tieghu l-bniedem irid jerga’ jiskopri l-armonija fih innifsu u fuq il-bqija tal-holqien.

Ejjew nikkooperaw mat-Trinità halli nergghu naghmlu kollox “sew hafna”(Gen 1:31) kif kien fil-bidu. “...Ghax il-holqien jinsab taht il-frugha...bit-tama li l-hlejjaq huma wkoll ghad ikunu mehlusa mill-jasar tat-tahsir u jiksbu l-helsien tal-glorja ta’ wlied Alla” (Rum 8:19-21)

Kummissjoni Ambjent, Arcidjocesi ta’ Malta

 

Jekk tixtieq tghaddi xi kumment jew twassal l-opinjoni tieghek
Iktbilna hawn