 |
Lewwen
It-Talb tieghek
Il-Kmandamenti u l-Beatitudnijiet
Is-Sagramenti
Il-Quddiesa 2012 Prezz:
€1.00 il-wiehed (set €3.50)
Set ta' erba' kotba biex it-tfal ilewwnu waqt li ikunu qed
jitghallmu s-sagramenti, l-kmandamenti u l-beatitudnijiet,
talb popolari kif ukoll il-quddiesa.
|
 |

|
Omm il-hniena
Awtur: Marie-Paul Farran 2012 Prezz: €5.00
Ktieb utli, attraenti u prattiku għal matul ix-xahar ta’
Mejju: ix-xahar tal-Madonna. Fih silta mill-Iskrittura,
kumment u talba għal kull jum. Kollox huwa llustrat bi
tpinġijiet ta’ ikoni stupendi mpittra mis-soru Marie-Paul
Farran.
|
 |
Kristoterapija
Awtur: Elija Vella 2012 Prezz: €6.00
Ktieb interessanti ieħor ta’ Patri Elija Vella, Franġiskan
Konventwal, dwar il-fejqan interjuri u kif wieħed jikseb
il-fejqan spiritwali tiegħu permezz ta’ Kristu il-Fejjieq.
|
 |
L-Isbah kelmiet ta' mhabba
Awtur: William Bartolo 2012 Prezz: €0.35
Riflessjonijiet għall-adorazzjonijiet ta’ Ħamis ix-Xirka u
għal żmien ir-Randan miktuba fuq meditazzjonijiet tas-seba’
kelmiet ta’ Ġesù fuq is-salib minn Patri William Bartolo,
Franġiskan Konventwal.
|
 |
Fwar tal-Qalb
Awtur: Ronnie Gauci 2012 Prezz: €
3.50
K ieku
xi hadd kellu jistaqsini x’inhu
t-talb? X’jigifieri titlob? Fil-qosor nghidlu li t-talb huwa:
"Fwar tal-qalb". Bhalma borma fuq in-nar meta tiftah taghli
jibda hiereg il-fwar minnha, hekk ukoll meta l-qalb taghna
timtela bil-prezenza t’Alla johrog minnha l-fwar qaddis li
nsejhulu TALB.
Ktieb
b’qjies komdu u prattiku ghall-uzu personali jew komunitarju,
b’talb, riflessjonijiet ghall-adorazzjonijiet ewkaristici u
meditazzjonijiet ohra. Hija l-ewwel pubblikazzjoni ta’
Ronnie Gauci minn Hal Gharghur.
|
 |
Id-Damaxxena ta' Malta u L-Ikona ta'
Omm Alla ta' Damasku
Awturi: Walter Lobina & Charlo Camilleri
2011
Prezz: €
1.00 u
€ 8.00
Religjon
u Hajja
kompla
jippublika dwar l-ikoni. Din id-darba dwar ikona tant ghal
qalb taghna: dik tad-Damaxxena li tinsab fil-Knisja ta’
Griegi, il-Belt. Ktieb sabih bil-kulur jitratta din l-ikona
f’zewg partijiet: l-istorja u l-ispirtwalità min-naha u l-analizi
biblika u artistika minn ohra. L-awturi, P. Charlo
Camilleri, Karmelitan u Dun Walter Lobina, tas-Società
San Paolo,
bi stil mexxej u mirqum jaghtuna kwadru shiha ta’ din l-ikona
ghaziza. Gie imabaghad ippublikat librett ckejken dwar l-istess
ikona li qed jitqassam b’xejn minn Emmaus ma’ kull ikona
tad-Damaxxena li tinxtara.
|
 |
Gesù
ta' Nazaret
Awtur: Joseph Ratzinger Benedittu XVI 2011 Prezz: €
20.00
L-ewwel
li niltaqgħu mal-kliem u
ġrajjiet deċiżivi fil-ħajja ta’ Ġesù. Ippruvajt inżomm ruħi
barra mill-kwistjonijiet dwar il-ħafna dettalji possibbli, u
nittratta biss il-kliem u l-għemejjel essenzjali — immexxi
mill-ermenewtika tal-fidi, imma fl-istess ħin fir-risponsabbiltà
tar-raġuni storika li tinsab neċessarjament fil-fidi nfisha.
Anki jekk tibqa’ dejjem
naturalment diskussjoni dwar dettalji, nittama li ngħatajt
bħala rigal li nersaq lejn il-figura ta’ Sidna, li tista’
tkun ta’ għajnuna għall-qarrejja li jridu jiltaqgħu ma’ Ġesù
u jemmnu fih. Wara li għidt li l-għan fundamentali tal-ktieb
hu li nifhmu kliem u għemil il-figura ta’ Ġesù, huwa ċar li
l-istejjer ta’ tfulitu ma jistgħux jagħmlu sehem mill-intenzjoni
ta’ dan il-ktieb. Imma nipprova li nżomm kelmti fil-wegħda
li kont għamilt (ara vol I, paġ. 19) li noħroġ faxxiklu dwar
dan jekk jibqagħli saħħa biex nagħmlu.
(mid-dahla tal-Papa
Benedittu XVI)
|
 |
MEMORJA U
IDENTITÀ
Awtur: Gwanni Pawlu II
p.172
Prezz: € 9.00
Memorja u Identita
tal-Papa Gwanni Pawlu II.
Presentazzjoni tal-E.T. Eddie Fenech Adami, President
Emeritus, u dahla tal-Papa Benedittu XVI.
Dan
il-ktieb joffri riflessjonijiet tal-Papa Gwanni Pawlu II fuq
xi esperjenzi fundamentali tal-hajja tieghu. Din hija bicca
xoghol li taghti harsa hafifa lejn il-bijografija gewwiena
tieghu.
It-tema "Ewropa" hija
fil-qofol tal-hsieb tal-Papa. Wara r-riflessjonijiet tieghu
fuq l-imhabba lejn art twelidu bl-identità
kulturali
taghha, huwa jghaddi biex jiddeskrivi kif l-Ewropa hija
frott tal-firxa tal-Kristjanezmu fost id-diversi popli
taghha b’kulturi diversi minn xulxin izda b’patrimonju ta’
valuri komuni mehudin mill-Vangelu
|
 |
Gwanni Pawlu II
Il-bijografija
Awturi:
Andrea Riccardi
P.
576 + 16 (insert bil-kulur)
Prezz: €26.00
Il-bijografija tal-Papa Gwanni Pawlu
II ta’ Andrea Riccardi. "Biex
wiehed jikteb il-grajja ta’ Karol Wojtyła, twila u
artikolata, mimlija sew b’fatti rilevanti fuq diversi
xenarji, hemm bzonn fuq kollox mhux ta’ "xjenza" (tant
arkivji ghadhom lanqas biss fethu), u mhux biss kapacità ta’
interpretazzjoni jew rakkontar, imma wkoll dahla sewwa
fil-kultura u l-accenti gewwiena tal-persunagg, kif ukoll
gharfien tal-energiji spiritwali minnu moghtija l-hajja.
Hassjet ir-responsabbiltà u l-ferh li nikteb dan il-ktieb
minhabba l-kobor u s-sinifikat tal-figura ta’ Gwanni Pawlu
II. Ma ktibtux biex inhalli monument daqskemm biex nifhem,
biex nersaq lejn dan il-persunagg u zmienu u biex nifhem
ukoll ftit aktar l-istorja tal-epoka taghna." (Mid-dahla
tal-awtur)
|
 |
Il-vgili tal-Ghid f'San Pietru
Is-Sebgha u Ghoxrin omelija tal-Papa
waqt il-vgili ta' Sibt il-Ghid
Awturi:
Beatu Gwanni Pawlu II Traduzzjoni: Fabian Mangion
P.
125
Price: €6.50
Il-Vgili tal-Ghid hija stedina
ghall-ferh; ahna lkoll ghandna biex nifirhu. Id-dawl
tal-Qawmien ta’ Gesù mill-imwiet qieghed idawwal bil-glorja
tieghu d-dlam tad-dinja; u hekk qieghed jinghata
lill-umanità kollha bidu ta’ jum gdid.
Permezz tas-simboli tan-nar, tad-dawl u tal-ilma,
il-liturgija solenni ta’ dan il-Lejl qaddis tghinna naghrfu
il-grajjiet kbar tal-istorja tas-salvazzjoni taghna.
Il-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet hija r-rebha tal-hajja fuq
il-mewt, tal-imhabba fuq il-mibgheda; il-qawmien ta’ Kristu
huwa l-bazi u l-pern tal-harsien taghna.
Mill-Prezentazzjoni ta' Guzeppi Mercieca Arcisqof
Emeritus ta' Malta

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Ibghat cheque ta’
€
7.50
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611
|
|

ara
l-video |
Dawl id-Dinja
P.
222
Price: €10.00
Hareg bil-Malti l-ktieb
bl-intervista li ghamel Peter Seewald lill-Papa Benedittu
XVI. Din l-intervista kienet l-ewwel wahda tax-xorta taghha
li qatt saret. L-intervistatur staqsieh fuq hafna hwejjeg u
hafna aspetti tal-hajja, fuq problemi li qed jolqtu
lill-Knisja partikolarment u lid-dinja generalment, kif
ukoll fuq il-hajja privata tieghu. Papa Benedittu juri kemm
ghandu dehra wiesgha u fonda tal-Knisja fil-kontinenti
kollha tad-dinja kif ukoll ta’ kwistjonijiet li ghandhom
x’jaqsmu mal-gvernijiet tal-istati u sahansitra dwar l-ekologija
dinjija. Il-mistoqsijiet sarulu fuq hwejjeg li jaharqu, li
bil-kemm wiehed ikun irid isemmihom, ahseb u ara li
jistaqsihom lill-Papa. Fil-hames snin tal-pontifikat tieghu
l-Papa jislet kwadru tax-xoghol li ghamel u ta’ dak li
ghandu f’rasu li ghad irid isir. Hu jaghti twegibiet u
soluzzjonijiet ghal problemi li jekk wiehed jiehu l-parir
tieghu, m’ghandux ghax jahsibha jekk hux sejjer hazin jew
le. L-impressjoni li wiehed jiehu meta jaqra dan il-ktieb
hija li jara kemm il-Papa ghandu l-polz tad-dinja f’idejh, u
kemm jaf jaghti l-medicina tajba ghall-fejqan fejn dan
jehtieg.
TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Ibghat cheque ta’
€
11.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611
|
 |
Gwanni Pawlu II - Beatu
Size:
10x15cm
Pages: 16
Illustrated
Price: €1.50
A new title from RELIGJON U
HAJJA has just been released. It is the first publication
that the publishing house will be issuing in occasion of the
Beatification of Pope John Paul II on May 1st.
The attached title is a very attractive booklet in full
colour about the life, thought and charism of this great
Pope who changed the history of the world.
|

ara
l-video |
Serhan il-mohh u l-qalb
Awturi:
Arthur Cutajar
2011
p.75 Prezz: €4.50
Fir-relazzjoni taghna ma’ Alla hafna huma
d-dubji u l-mistoqsijiet li naghmlu ta’ sikwit. F’dan
il-ktieb P. Arthur Cutajar OFMConv ipprova jwiegeb ghal
hafna thewdin li jkollna f’mohhna u qalbna u li hafna drabi
jista’ jibblukana f’din il-mixja. Ipprova b’mod semplici
jiccara u jitfa’ dawl fuq dawk it-tentufiet li jtellfuna
milli nintelqu b’mohh u qalb mistrieha bhal tarbija f’hogor
ommha. Jalla dan il-ktieb iservina biex dejjem niccaraw
aktar l-avventura sabiha mal-Mulej!

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque ta’
€ 5.50
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611
|
|
 |
Il-Gmiel tal-Fidi Taghna
Awturi: Hector Scerri
2010
p.116 Prezz: €6.00
"Il-ktieb Il-Gmiel tal-Fidi
Taghna ghandu jkun ktieb ta’ utilità, anki fil-mument
storiku li ghaddejja minnu l-Knisja fil-kuntest tas-soçjetà
li qeghdin nghixu fiha. Fil-ktieb, wiehed ghandu jsib
taghlim li juri l-mod kif il-Knisja Kattolika, immexxija
mill-Ispirtu s-Santu, tul iz-zmien spjegatilna kif irridu
nifhmu dak li hemm fir-Rivelazzjoni u fil-Kelma ta’ Alla.
Dan jghinna biex napprezzaw iktar id-don kbir li hija l-Kelma
ta’ Alla li biha Alla l-Missier dahhalna fil-Misteri kbar
tieghu. F’dinja pluralistika li qeghdin nghixu fiha, fejn
nisimghu kull xorta ta’ messaggi, dan huwa necessarju biex
inkunu lesti naghzlu mill-messaggi differenti li nisimghu.
Jaghtina cans li nqabblu dak li nisimghu ma’ dak li
tgh˙allimna u nafu fuq it-taghlim tal-Knisja Kattolika.
Jiena nawgura li dan il-ktieb ihalli ˙hafna gid fil-Poplu
taghna f’dawn il-gzejjer."
L-Arcisqof Pawl
Cremona O.P. |
|

|
Fixkiltni Mulej!
Awturi: Elija Vella
2010
p.158 Prezz: €5.75
Illum nafu
kemm m’ghandna hin ghal xejn. Kultant tigina bi tqila naqraw
artikli twal u izjed u izjed kotba. U forsi hafna nies,
kotba ta’ din l-ghamla, jaslu izjed malajr biex jaqrawhom.
Jerga’, kultant nimmaginaw li biex tkun spiritwali, trid
tkun persuna b’geddumek twil sal-art. Ghall-kuntrarju, jien
dejjem nimmagina ’l Gesù jghid xi cajta lill-Appostli u hu
stess ifaqqa’ xi dahka. Ghaliex le? Ma nahsibx li kien
dejjem bil-geddum. Hu qalilna li gie biex igibilna l-ferh, u
ferh bil-kotra. Hu ghalhekk li fl-istejjer tieghi nipprova
nkun xi ftit umoristiku. U meta dan il-ktieb jigi f’idejk,
nittama li jsehhli ngieghel lilek ukoll iccarrat ftit halqek.
Naturalment... mat-tbissima li nipprova nisraq minghandek,
hallini mbaghad nitimghek l-ikel bnin tal-Vangelu.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque jew money order ta’
€ 7.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611
|
|
 |
Paul's Churches and Chapels on Malta & Gozo
Il-Knejjes u l-Kappelli ta' San Pawl f'Malta u Ghawdex
Awturi: Victor Mallia-Milanes 2010
p.153 +
16
page colour insert
Prezz: €13.00
Dan ix-xoghol
huwa maqsum fi tliet taqsimiet.
L-ewwel taqsima tixhet dawl biex taghti stampa cara ta’
kuntest wiesa’ bit-tama li tghin lil dak li jkun jifhem
ahjar l-esperjenza Pawlina u t-tradizzjonijiet u l-manifestazzjonijiet
taghha f’Malta u Ghawdex. It-tieni taqsima tevalwa u
tanalizza l-knejjes iddedikati lil xi episodju partikulari
fil-hajja erojka ta’ San Pawl. It-tielet taqsima taghmel l-istess
izda b’enfasi fuq il-kappelli.
Il-ktieb ghandu prezentazzjoni
ta’ Mons. Alfred Xuereb, mis-Segretarjat Partikulari tal-Q.T.
il-Papa Benedittu XVI u qed ikun ippublikat fl-okkazjoni
tal-1950 sena mill-mi[ja ta’ San Pawl f’Malta.
|
|

|
Fl-ahhar qed narak!
Gwida spiritwali ghal relazzjoni aktar intima ma’ Alla
Awturi: Arthur Cutajar
2010
p.56 Prezz: €4.00
Dan il-ktejjeb ghandu l-iskop li jiggwida b’mod semplici lil
kull persuna f’kull mixja li tkun tinsab fiha lejn
relazzjoni aktar intima ma’ Alla. Tajjeb li dan it-tip ta’
qari jkun maghqud mad-dimensjonijiet l-ohra tal-bniedem,
jigifieri jrid jimxi id f’id ma’ dik l-ghajnuna li x-xjenza
toffrilna. Barra minn hekk, il-kliem spiritwali ma jridx
jitqies bhala lingwagg astratt, izda tajjeb li nkunu kapaci
niskopru f’dan il-kliem bazi skritturistika, teologika,
liturgika u kateketika soda u ortodossa. Dan il-ktejjeb
jista’ jintuza fi gruppi fejn ikunu diskussi l-kapitli
wiehed wara l-iehor biex jghinuna naghmlu dan il-vjagg
gewwieni. Dan il-vjagg ghalhekk jista’ jsir mhux biss fuq
livell personali izda anki komunitarju, fi grupp. Alla huwa
esperjenza u avventura! Il-vjagg it-tajjeb!

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque jew money order ta’
€ 5.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611
|
|

|
Isma',
Binti
Sussidju ghall-Visti tas-Seba' Santamarijiet
Awturi: Charlò
Camilleri 2010 p.28 Prezz: €1.20
ISBN:
978-99909-94-79-39
Fl-14 ta’ Awwissu, lejlet l-Assunta, kienu jsiru l-visti
tas-Seba’ Santmarijiet. Drawwa hekk sabiha li hija hasra li llum kwazi
nqatghet ghal kollox minn fostna. Il-Knejjes fejn kienu jsiru dawn
il-visti huma dawk is-sitta tradizzjonali: Il-Gudja, Il-Qrendi, l-Imqabba,
Hal Ghaxaq, H’Attard u l-Mosta, ghax hemm min jghid li s-seba’ wahda
hija l-Knisja Katidrali ta’ Ghawdex. Hemm imbaghad min izomm li s-seba’
wahda hija dik ta’ Had-Dingli. P. Charlò Camilleri, Karmelitan, qed
jitilqilna f’idejna mill-gdid din id-drawwa tant sabiha li biha naghtu
qima lil Ommna Marija fil-gurnata tat-Tlugh taghha fis-Sema.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque jew money order ta’
€ 2.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611
|
|

|
Inhalli lill-Mulej jigi jzurni
Awturi: Ray Francalanza
2010 p.16 Prezz: €0.35
ISBN:
978-99909-47-91-5Sahra
ta' talb fil-lejl qaddis ta' Hamis ix-Xirka
Riflessjonijiet ghall-adorazzjonijiet u il-visti ta' Hamis
ix-Xirka u ghal zmien ir-Randan

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque jew money order ta’
€ 0.65
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611 |
|

|
L-Ahhar Cena fil-Lateran
Is-Sebgha u Ghoxrin omelija tal-Papa waqt
il-Quddiesa ‘In Cena Domini’
2010 p.128 Prezz:
€6.50 ISBN:
978-99909-47-90-8
Dawn is-27 omelija, ippritkati nhar Hamis ix-Xirka
lill-Insara migbura fil-Bazilika ta’ San Gwann Lateran,
f’Ruma, huma ghajn ta’ ghajnuna biex fl-Ewkarstija niskopru
dejjem aktar ir-rikkezza tal-imhabba ta’ Alla u nghixu
dejjem ta’ veri wlied mahbuba tieghu. Mill-Ewkaristija
nircievu l-qawwa li tixprunana biex b’hajjitna kollha
niccelebraw il-Mysterium fidei. Jalla dan ikun il-mod li bih
inharsu t-testment spiritwali ta’ Gwanni Pawlu II li
hallielna f’dawn il-pagni. Tkun din ittwe giba taghna
ghall-istedina li hu ghamel fl-gheluq tal-Ittra Appostolika
Mane Nobiscum Domine li indirizzaha b’mod partikolari
liz-zghazagh: “Ghal-laqgha taghkom ma’ Kristu mohbi fl-Ewkaristija,
gibu maghkom l-entuzjazmu kollu tal-età taghkom, it-tamiet
kollha taghkom, ix-xewqat taghkom ghall-imhabba” (Mane
Nobiscum Domine, 30).

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque jew money order ta’
€ 8.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611
|
|

|
Il-Hniena Divina
messagg u devozzjoni
2010 p.112 Prezz:
€1.55 ISBN:
978-99909-47-89-2
Jiena nhossni
certa li l-missjoni tieghi mhix sa tispicca ma’ mewti imma
tibda. Intom erwieh li tiddubitaw, jiena nnehhilkom minn
quddiem ghajnejkom il-velijiet tal-genna sabiex
nipperswadikom kemm hu twajjeb Alla, sabiex ma tkomplux
izjed tidorbu l-Qalb l-izjed helwa ta’ Gesù bin-nuqqas ta
fiducja taghkom. Alla hu Mhabba u Hniena
Kliem Santa Fawstina mid-Djarju
taghha
l-Hniena Divina Gewwa ruhi”
par. 281)

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque jew money order ta’
€ 2.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611 |
|

|
Maria Katerina Troiani
Awturi: M. Teresa Todaro
2009 p.239 Prezz: €7.00
ISBN:
978-99909-47-88-5
Hi okkazjoni ta’ ferh kbir ghalina li nipprezentaw lil hutna
l-Maltin u l-Ghawdxin il-hajja tal-Beata Madre Katerina
Troiani bil-Malti. Iheggigna ghal dan sentiment ta’ hajr
kemm ghall-Maltin li l-1866 laqghu bil-qalb l-ewwel Sorijiet
Frangiskani Missjunarji tal-Egittu, mistiedna mill-Isqof
Mons. Antonio Buhagiar OFMCap biex jifthu dar f’Malta, u
kemm ghal Madre Katerina nfisha li tant habbet lil gziritna
u n-nies twajba taghha, li halliet lil uliedha jibdew
f’Malta hidma appostolika mill-aqwa li ghadha twarrad
sal-lum. Swor Tereza Todaro sehhilha tghaqqad flimkien
il-bicciet tal-muzajk ta’ hajjet Swor Marija Keterina
Troiani, filwaqt li halliet il-fatti jitkellmu hija u tisma’
x-xhieda b’dehwa liema bhalha. B’hekk harget bijografija
dokumentata ghall-ahhar b’setgha li ddahhalna fil-mixja
spiritwali ta’ din ir-ruh straordinarja, biex minnha nohorgu
taghlim b’sahhtu ghall-hajja taghna tal-lum.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque jew money order ta’
€ 8.50
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611
|
|

|
Attenti mill-iljun jghajjat ghal ghonq
it-triq
Awturi: P. Elija Vella
2009 p.294 Prezz: €9.95
ISBN: 978-99909-47-87-8
Mhux kulhadd huwa kuntent li int tinsab fi
vjagg ma’ Gesù.
Hemm xi hadd li tassew jghir ghalik.
Dan huwa Satana, l-iljun li jghajjat,
il-ghadu etern tieghek. Il-problemi ma jistghux jonqsu imma
jekk tghixhom ma’ Gesù, inti ssalva. Hija haga ovvja li
galadarba thosslim habba ta’ Gesù u l-azzjoni tieghu fik,
inti tibda thoss il-bzonn li xxerred il-Bxara t-Tajba
f’hajtek. Issa ghandek idea dwar xiex inhu l-ktieb. Jekk
trid taghmel vjagg ma’ Gesù, il-ktieb huwa ghalik. Jekk
tipprefei tibqa’ fil-wied; erga’ qieghdu fuq l-ixkaffa u sib
xi haga ohra biex tghaddi z-zmien biha (mill-Prezentazzjoni).

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque jew money order ta’
€ 11.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611 |
|

|
Caritas in Veritate
Awturi: Papa Benedittu
XVI 2009 p.126 Prezz: €3.00
ISBN: 978-99909-47-86-1
L-imhabba fil-verità – caritas in veritate
– hija sfida kbira ghall-Knisja f’dinja li riesqa lejn
globalizzazzjoni progressiva bla waqfien. Fi zmienna hemm
ir-riskju li l-interdipendenza bejn il-bnedmin u l-popli ma
ssibx twegiba fl-interazzjoni etika tal-kuxjenzi u l-intelligenzi,
li minnha jista’ johrog bhala rizultat zvilupp tabilhaqq
uman. Hu biss bil-karità, imdawla bid-dawl tar-raguni u
tal-fidi, li nistghu nilhqu objettivi ta’ zvilupp
mghammrin b’siwi aktar uman u li jixraq lill-bniedem.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla l-formola u
ibghat cheque jew money order ta’
€ 4.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611 |
|

|
Dan hu l-Islam
Tahrig
ta’ Tifsir
Awturi: Edmund Teuma
2009 p.130 Prezz: €7.00
ISBN: 978-99909-47-85-4
Fil-ktieb gdid tieghu Dan hu l-Islam.
Tahrig ta’ Tifsir, P. Edmund Teuma b’oggettività kbira u
minghajr ebda sens polemiku, b’carezza liema bhalha jurina
min gewwa, x’inhu l-Islam, fejn u kif twieled,
x’aspirazzjonijiet profondi ghandu x’valuri jiddefendi u kif
zviluppat id-duttrina tieghu. B’Malti mill-isbah u mexxej,
b’sens kbir ta’ sintesi li timmira ghall-essenzjal, P. Teuma
jizviluppa t-temi tal-Islam fil-kwadru tat-tnissil taghhom
fil-Qur’ân. Dan il-ktieb huwa sforz biex wiehed jara l-Islam
mhux b’lenti mcajpra imma kif jidher fid-dawl tal-verità
tieghu.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR-
Imla l-formola u ibghat cheque jew money order ta’
€ 8.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611 |
|

|
Gesù
u Pawlu hajjiet jixxiehbu
Awturi: Jerome Murphy -
O'Conner Traduzzjoni: P. Marcello Ghirlando OFM 2009
p.130 Prezz: €9.25
ISBN:
978-99909-47-84-7
Ktieb gdid dwar San Pawl f’kuntrast ma’ Gesù.
Murphy-O’Connor O.P. qabbel il-hajja ta’ Gesù ma’ dik ta’
Pawlu u wera aspetti mill-personalitajiet u c-cirkustanzi
taghhom li mhux dejjem ircevew l-attenzjoni misthoqqa. Bhala
zghazagh huma ghazlu liberament stili ta’ hajja li talbu
minnhom ubbidjenza shiha lejn il-Ligi ta’ Mosè. Bhala
rizultat huma cahdu kompletament il-Ligi. Fl-ahhar it-tnejn
mietu taht idejn ir-Rumani.
Ktieb sabih maqlub ghall-Malti minn P.
Marcello Ghirlando OFM.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR-
Imla l-formola u ibghat cheque jew money order ta’
€ 10.00
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611 |
|

|
Nishru mal-Mulej
Gesù
Awturi: Charlo Camilleri
2009 p.16 Prezz: €0.35
ISBN:
978-99909-47-3-0Sahra
ta' talb fil-lejl qaddis ta' Hamis ix-Xirka
Riflessjonijiet ghall-adorazzjonijiet u il-visti ta' Hamis
ix-Xirka u ghal zmien ir-Randan
|
|

Qjies tal-ktieb: 19x12cm Qjies tal-ikona: 13x10cm |
Jghix fija Kristu
+ Ikona ta' San Pawl
Awturi: Giuseppe Pulcinelli
2008 p.120 Prezz: €14.00
ISBN: 978-99909-47-82-3
Ktieb fuq San Pawl ghas-sena ddedikata lilu.
JGHIX FIJA KRISTU. San Pawl: il-hajja, l-ittri,
il-hsieb u l-imkejjen.
Min kien sewwasew Pawlu? X’kien jahseb fuq in-Nazarenu u fuq
id-dixxipli tieghu? X’sehem kellu fil-Knisja li kienet
ghadha titwieled? U dak li ghadda minnu – kif jidher l-aktar
fil-kitbiet tieghu – jista’ jghid xi haga lilna l-Insara jew
mhux Insara, irgiel u nisa tas-seklu XXI li nfittxu l-verità?
L-iskop ta’ din il-kitba huwa li nippruvaw inwiegbu dawn
il-mistoqsijiet billi noffru t-taghrif baziku u
informazzjoni indispensabbli biex nibdew dehlin fid-dinja ta’
Pawlu, l-Appostlu tal-gnus. Dan il-ktieb qed johrog
ghad-dawl fil-ftuh tas-Sena Pawlina imnedija mill-Papa
Benedittu XVI f’gheluq l-2000 sena mit-twelid tal-Appostlu
Missierna. Religjon u Hajja ghal din l-okkazjoni qed toffri
flimkien mal-ktieb ikona Griega sabiha ta’ San Pawl. |
|

|
Meeting Him Changed Our Lives
Awturi: Selim Sayegh 2008
p.123 - Illustrated Prezz: €7.00
ISBN: 978-99909-47-81-6
The Gospel experience is still alive and new, and has so
much to teach us specially today in such a commercial and
highly technological world. Our world today, tells only the
story of catastrophic events, disasters, wars and death; a
world in which good deeds do not make news. We need to find
the door that leads to real happiness and peace, the door
that leads to the real meaning of life; and this book
might be a small key to that door.

You can receive this book at home - by
sending cheque or money order of
€ 8.00 address - EMMAUS, CAK
Triq S.Sommier Birkirkara, BKR4611
|
|

|
Bellahtni Mulej!
Awturi: Patri Elija Vella
OfmConv 2008 p.159 Prezz: €5.75
KTIEB GDID TA’ PATRI ELIJA VELLA. Alla kapaci jbiddilna,
jittrasformana, fuq kollox ibellahna. Kif bellah lil Wistin
ta’ Ippona, lil Frangisk ta’ Assisi, lil Gorg Preca ta’
Malta. Dawn, u kull qaddis u qaddisa ohra, iltaqghu mal-Kelma
u din bellhithom bl-imhabba profonda li Alla ghandu ghal
kull min jintelaq f’hogru, qalbitilhom hajjithom ta’ taht
fuq, b’rizultat li skoprew l-iskop veru taghha u l-ferh
interjuri li l-ebda ntopp u tentazzjoni, l-ebda tbatija u
persekuzzjoni ma setghet ittellifhulhom. Ghal darb’ohra
Patri Elija Vella qed joffrilna ktieb iehor biex jghinna
niskopru x’qawwa ghandha din il-Kelma ta’ Alla. Kull storja
u l-kummenti dwarha juruna kemm Alla taghna hu qribna f’kull
sitwazzjoni ta’ hajjitna.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR-
Imla l-formola u ibghat cheque jew money order ta’
€ 6.50
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara,
BKR4611
|
|

|
Lilek Irrid, Mulej
Awturi: Alfred Calleja 2008 Prezz: €0.35
ISBN: 978-99909-47-79-3
Riflessjonijiet ghall-adorazzjonijiet ta' Hamis ix-Xirka u
ghal zmien ir-Randan. |
|

|
Spe Salvi
Awturi: Papa Benedittu XVI Migjub ghall-Malti: P. Edmund
Teuma 2008 Prezz: €2.50
ISBN:
978-99909-47-78-6
:
Bhad-dokumenti kollha tal-Papiet, it-tieni
Enciklika tal-Papa Benedittu XVI tiehu isimha mill-ewwel
kelmiet taghha.
Hawnhekk, il-Papa qed jislet silta mill-ittri ta’ San Pawl:
“Ahna salvi bit-tama” (Rum 8: 24).
F’din l-Enciklika li harget fit-30 ta’ Novembru 2007, il-Papa
qieghed jghallimna dwar it-tama Nisranija. F’inqas minn
xahrejn ghandna f’idejna din l-enciklika bil-Malti biex
kulhadd jehodha f’idejh u jifhem sewwa taghlim il-Papa. Il-pubblikazzjoni
hija ta’ Religjon u Hajja waqt li t-traduzzjoni ghall-Malti
hija ta’ P. Edmund Teuma.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR-
Imla l-formola u ibghat cheque jew money order ta’
€ 3.10
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara. |
|

|
Ir-Rakkont il-Kbir
tal-Bibbja
It-Testment
il-Qaddim irrakkuntat lit-tfal It-Testment il-Gdid
irrakkuntat lit-tfal
Awturi: Maria Vago
Migjub ghall-Malti: P. Thomas Calleja 2007 Prezz:
€10.48 (kull ktieb)
ISBN:
978-99909-47-76-2
:
978-99909-47-77-9 |
|
 |
L-Ikona
Il-Vangelu bil-kulur
Religjon u Hajja 2007 p. 255 - Illustrat -
Qoxra Ibsa Qjies: 21x29.7cm Prezz:
€24.46
L-ikona hija rifless tad-Dawl Etern. L-ikona
tistedinna nidhlu fid-dinja sagra ta’ fidi u misteru, ta’
gabra u ta’ skiet, ta’ dawl u kuluri. Dawn il-kuluri, biex
tarahom sewwa, trid thares lejhom mit-tubu tal-fidi. L-ghan
ewlieni ta’ dan il-ktieb hu biex min ma jaf xejn dwar l-ikona
jsir jaf xi haga. Il-ktieb huwa mahsub biex jimla vojt. Dan
il-ktieb bl-ebda mod ma hu mifhum li jghid l-ahhar kellma fuq
l-ikoni, imma biex jaghti taghrif baziku u elementari,
bhallikieku apperittiv biex iftah l-aptit. |
|

|
Il-Hajja ta' San
Frangisk Awturi:
Giovanni M. Colasanti
Migjub ghall-Malti: P. Edmund Teuma 2007 Prezz: €
4.50
ISBN:
978-99909-47-74-8
Frangisk ta' Assisi
(1181?-1226): il-bniedem li, permezz tal-ghazla ferrieha
tal-fqar, skopra u ghex b'mod uniku s-sens tal-fraternità
universali.

TISTA’ TIRCIEVI DAN IL-KTIEB ID-DAR- Imla
il-formola u ibghat cheque jew money order ta’
€ 5.25
indirizzat lil EMMAUS f’dan l-indirizz: CAK, Triq S.
Sommier, Birkirkara. |
|
 |
Gesù
ta' Nazaret
Awturi: Joseph Ratzinger Benedittu XVI 2007 Prezz: €
16.31
ISBN:
978-99909-47-73-1
“Ippruvajt nipprezenta lil Gesù tal-Vangeli bhala Gesù
l-veru, Gesù ta’ l-istorja fis-sens uniku. Ninsab konvint u
nittama li anki l-qarrej jista’ jara li din il-figura hija
aktar logika kif ukoll, meta wiehed iqisha storikament,
aktar tiftiehem mir-rikostruzzjonijiet li ltqajna maghhom
f’dawn l-ahhar sekli.
Nahseb li sewwasew dan Gesù - dak tal-Vangeli - huwa figura
storikament bis-sens u konvincenti.”
Benedittu XVI |
|
 |
San Gorg Preca fid-dawl ta' l-ittri
tieghu
Awtur: P. Alexander
Bonnici Irrivedut: P. Edmund Teuma 2007 p.300
Prezz: € 6.99 ISBN 978-99909-47-72-4
L-ittri kollha mibghuta minn Dun Gorg jistghu jitqiesu
tassew personali. Huma lkoll, wahda b'mod u ohra b'iehor,
juru x'kien il-ghan ewlieni ta' hajtu, x'ghajnuna xtaq
jaghti lil haddiehor, u fuqiex kienet mibnija l-ispiritwalità
tieghu. L-ittri sa juruna kemm San Gorg kien bniedem tar-ruh
u Nisrani fis-sens gewin tal-kelma, jigifieri wiehed li qatt
ma ried jinghalaq fij innifsu. It-tjieba tieghu ried dejjem
jghaddiha lill-ohrajn. |
|
 |
X'futur ghandhom iz-zwieg u l-familja?
Dak li taf u li ghandek tkun taf
Awtur: Dun Charles G.
Vella 2007 p.176 Prezz: € 5.24 ISBN
978-99909-47-71-7
Bi stil mexxej u
marbut ma' zmienna, dan il-ktieb jittratta sensiela ta'
problemi fid-dawl tal-bidliet li qed isehhu f'Malta u
Ghawdex. L-awtur, espert fil-problemi tal-familja u l-etika,
li 51 sena ilu waqqaf il-Moviment ta' Kana, fit-twegibiet
tieghu jhares 'il quddiem lejn il-bidliet li s-sicjeta
pluralistika u s-sbuhija fl-Unjoni Ewropea jistghu jgibu
fil-qasam socjali, etiku u legislattiv fil-familja Maltija.
Dan hu ktieb li jiswa ghat-thejjija tal-gharajjes ghaz-zwieg
i ghall-edukazzjoni li tinghata lill-genituri. Hu ta' fejda
kbira wkoll ghall-operaturi u ghalliema li jahdmu
mal-familja f'kull qasam, specjalment fi hdan il-Moviment
ta' Kana u l-Grufan. |
 |
Mieghu sa
l-ahhar waqt
Awtur: Dun Karm Bezzina 2007 p.16 Prezz: €
0.35c ISBN 978-99909-47-70-0
Riflessjonijiet ghall-adorazzjonijiet ta' Hamis
ix-Xirka u ghal zmien ir-Randan. L-Appostlu
Gwanni, mart Pilatu, Marija Madalena, in-niesa ta'
Gerusalemm, il-halliel it-tajjeb, ic-centurjum u
Ommna Marija kienu mieghu sa l-ahhar waqt.... u int
fejn kont meta sallbu lill-Mulej? |
|
|
 |
Flimkien
Gharajjes u Mizzewgin jistaqsu
Awtur: P. Elija Vella
OFMConv 2006 p.252 Prezz: € 5.82 ISBN
978-99909-47-68-7
F’dan il-ktieb
P. Elija jwiegeb ghal hafna mistoqsijiet. Il-kitba tieghu
mhix mibnija biss fuq it-taghlim tal-Knisja, imma bil-pinna
mexxejja u umana, hu jidhol fil-qalb tal-qarrejja. Hu
jwiegeb “flimkien” ma’ min jibghat il-mistoqsija, ghaliex
jaghraf jisma’ u jaqsam is-sentimenti ta’ min ghandu
problema fil-kuxjenza. Dan mhux facli, imma l-karizma ta’
dan iben San Frangisk hija fis-semplicità, fl-umiltà u
fil-hniena li juri lejn min jistaqsi.
Kull twegiba hierga minn qalb li thobb u taghder bla ma qatt
tikkundanna. Il-medicina tieghu hi fil-prevenzjoni u
l-hniena tal-Mulej. |
|
 |
Il-mixja tar-RUH lejn
ALLA Awtur: San
Bonavedtura Migjub ghall-Malti: P. Edmund Teuma 2006
p.90 Prezz: € 4.66 ISBN 978-99909-47-69-4
Migjub ghall-Malti minn P. Edmund Teuma OFMConv., u
bl-istudju intorduttiv ta’ P. Guzepp Benedit Xuereb OFM. Bla
ma nizbaljaw nghidu li din hi kitba li tintegra fiha
l-aspett mistiku, teologiku u filosofiku, u aktar ukoll. San
Bonaventura, ‘id-Duttur Serafiku’, jaf jghaqqad kollox
flimkien b’mod meraviljuz. Mhux ta’ b’xejn li mal-medda
taz-zmien l-Itinerarium kien meqjus bhala l-aktar kitba
popolari u moqrija. B’danakollu, m’hijiex kitba li taqraha
bl-ghagla u tahseb li sa tifhimha mill-ewwel. Hi kitba li
titlob li kull kapitlu jinqara f’atmosfera ta’ talb u
meditazzjoni dejjiema.
(Mill-istudju introduttiv ta’ P. Guzepp
Beneditt Xuereb OFM) |
|