 |
|
ILMA ĦAJ
Ilma Haj. Meta tiehu
minnu ma jergax jaqbdek ghatx ghax huwa ilma li ma jintemmx,
ma joqghodx u lanqas jixef. Gesù hekk
ipprezenta ruhu lis-Samaritana (Gw1,1-42). Talabha
jixrob u spicca biex taha l-ilma tal-Hajja: lilu nnifsu. U
llum lilna, Samaritani u midinbin, Gesù qed
ikompli jaghtina minn dan l-ilma u qed ikompli jurina
l-ghegubijiet tal-fidwa fis-Sagramenti. Tghallimniehom
bl-amment meta konna zghar... issa, li ahna kbar hemm bzonn
nghixuhom u niggustaw it-toghma taghhom.
|

|
|
|
ĦARSA TA'
IMĦABBA
Il-Kmandamenti,
imsejhin ukoll " Dekalogu" - Kelmali litteralment tfisser "ghaxar
kelmiet" - inghataw minn Alla lil' Mosè
(Ez 20:1-17), u juru l-kundizzjonijiet ta' hajja hielsa
mill-jasar tad-dnub, jigbru fil-qosor u jxandru l-ligi ta'
Alla, u juru l-Patt ta' hbiberija ta' Alla mal-poplu tieghu. |

|
|
|
EJJA
SPIRTU QADDIS
L-Ispirtu s-Santu
donnu Persuna tat-Trinità li tezisti
izda minsija! Ghandna bzonn nitharrgu u nifhmuli z-zmien li
qed nghixu fih illum huwa z-zmien ta' l-Ispirtu s-Santu. Is-sewwa
hu li n-Nisrani llum irid ikun sinifikattiv fid-dinja; irid
ikun persuna li taghmel sens u bil-hajja tieghu jrid iwassal
lill-istess dinja, lill-bnedmin shabu, lil Kristu l-Feddej.
Dan ma jaghmlu bl-isforzi tieghu biss, izda ghandu bzonn ta'
energija ohra. Il-vitamini jakkwistahom mid-doni u l-frott
li ghandu x'joffrilna l-Ispirtu s-Santu li jaghti l-hajja u
n-nifs lill-Knisja -lilna lkoll.
|

|
|
|
SĦAĦ
FIL-FIDI
Skont it-taghlim
tal-Knisja, il-virtujiet jissejhu "kardinali" u "teologali".
Ta' l-ewwel huma l-virtujiet li fihom jistriehu tat-tieni;
ghalhekk jissejhu "kardinali". Dawn huma l-ghaqal,
il-gustizzja, il-qawwa u l-qjies. Fil-Kotba Mqaddsa dawn
insibuhom spiss, anki taht ismijiet ohra, u dan juri li huma
s-sisien ta' hajja qaddisa, ghax kif jghid il-Ktieb
tal-Gherf: "Jekk xi hadd ihobb is-sewwa, it-tahbit tieghu hu
virtu. Ghax hu mghallem tal-ghaqal, tal-gustizzja u
tal-qawwa"(Gharf8:7). Il-bniedem, imbaghad, ikollu sehem
min-natura ta' Alla permezz tal-virtujiet "teologali". Dawn
huma dawk li jsemmi San Pawl il-fidi, it-tama u l-imhabba.
Huma virtujiet li jharsu direttament lejn Alla u jhejju
lill-bniedem biex jghix f'relazzjoni mat-Trinità
Qaddisa.
|

|
|
|
IL-ĦOBZ
TAL-ĦAJJA
Dan il-ktieb huwa
strument importanti ghal kull Nisrani biex jifhem ahjar xi
jmur jaghmel sewwa kull nhar ta' Hadd fil-knisja. Passa wara
pass issibu hawn il-partijiet kollha tal-quddiesa mfissra
bis-simboli kollha li nsibu fihom. Il-liturgija ghandha tkun
ta' ghajnuna ghalina biex noqorbu aktar lejn Alla u biex
nifhmu tassew dak li niccelebraw. |

|
|
|
IL-FIDI
TIEGĦEK FEJQITEK
Fir-rakkont ta' l-aghma
ta' Geriko (Mk10:46-52) insibu b'mod car kif titlaqa' ma'
Gesù u timxi warajh. L-aghma tal-Vangelu
jaghaddi minn process li jwasslu ghall-fejqan fiziku u
spiritwali. Minn "bilqieghda fil-genb tat-triq" huwa
jispicca "miexi warajh fit-triq". Din is-silta hija messagg
car ghalina wkoll li rridu nghaddu, permezz ta' dan
il-ktieb, minn process ta' fejqan. Gesù
l-aqwa tabib taghna, huwa lest jilqaghna fil-klinika tieghu
biex minn hemm nohorgu mlibbsin bl-imhabba tieghu u mfejqi
bil-hlewwa ta' qalbu.
|

|
|
|
ĦAĠA WAĦDA
FI KRISTU
"L-ekumenizmu huwa
esperjenza djalogika profonda, huwa li tisma' u
titkellem ma' l-iehor, li ssir taf ahjar lill-iehor;
huwa xoghol li kulhadd jista' jaghmel specjalment permezz ta'
l-ekumenizmu spiritwali, imsejjs fuq it-talb u l-qsim
ghalissa bejn l-Insara". Dan huwa kliem il-Papa Benedittu
XVI fid-diskors ta' l-Angelus tal-21 ta' Jannar 2007
waqt il-gimgha ta' talb ghall-ghaqda ta' l-Insara. Huwa
diskors hafna ghal qalb il-Papa li qed jaghmel minn kollox
biex id-distanza bejn dawk kollha li jemmnu fi Kristu tonqos.
Minn din il-hegga ghad-djalogu u l-ghaqda twieldet l-idea li
ssir din il-katekezi utli dwar dan is-suggett. |

|
|
|
L-APPOSTLU TAL-ĠNUS
Fl-esperjenza ta' Damasku "l-Irxoxt
kellem lil Pawlu, sejjahlu ghall-apostolat, ghamel minnu appostlu
tassew, xhud tal-qawmien, bl-inkarigu specifiku li jxandar
il-Vangelu lill-pagani, lid-dinja Griega-Rumana". Dan huwa kliem il-Papa
li matul is-sena Pawlina, f'gheluq l-elfejn sena mit-telid ta' dan
l-Appostlu kbir, fil-katekezi u fid-diskorsi tieghu dejjem qed
jitkellem fuq il-gid kbir li din il-kolonna tal-Knisja halliet. U
nistghu nzidu nghidu li fl-inkarigu ta' Pawlu li jxandar il-Vangelu
Alla ried li anki l-gzejjer nkunu kburin izda fuq kollox ghandna
nhossuna responsabbli bhala Maltin u Ghawdxin li nzommu hajja din
il-fidi li ghaddiet lilna bhala don elfejn sena ilu. |

|
|
|
NILTAQGĦU
MAL-MULEJ
Jekk tridu tassew
tiehdu sehem ahjar fil-Quddiesa tal-Hadd, fic-celebrazzjoni
tal-Ewkaristija, fil-waqt li Gesù jissagrifika lilu nnifsu ghalina,
f’dal-hin tal-gimgha li ahna nahtruh ghal min hatar hajtu ghalina;
jekk tridu tghixu bis-shih u b’mod personali l-Quddiesa filwaqt li
tiehdu sehem f’kull gest, f’kull kelma, f’kull tahrika u ma tafux
kif; jekk tridu tghixu din il-laqgha ma’ Alla u ma tkunux prezenti
biss bil-gisem filwaqt li r-ruh u l-mohh ikunu band’ohra; jekk tridu
dan u aktar, ahna sa nfittxuh flimkien u sa nghinu lil xulxin.
Izda biex naghmlu dan mhemm ebda formula magika jew medicina
mirakuluza. Hija esperjenza personali u unika bhalma hu kull
bniedem. Alla jiltaqa’ personalment ma’ kull wiehed u wahda minna, u
din il-laqgha tkun dejjem differenti ghal kull wiehed. Huwa dmir
taghna li nsibu din ir-rabta, dan il-waqt sabih li fih il-Mulej jigi
quddiemna biex jismaghna u jkellimna. |

|
|
|
SAĊERDOT GĦAL
DEJJEM
Nhar
id-19 ta’ Gunju 2009, il-Q.T. l-Papa Benedittu XVI, ghogbu
jiddedika is-sena 2009-2010 lis-sacerdot, fl-okkazjoni
tal-150 sena mill-mewt ta’ San Gwann Marija Vianney
(1786-1859), maghruf bhala l-Kurat ta’ Ars. Il-Papa San Piju
X li bbeatifikah ghazlu bhala l-patrun tal-kappillani u
l-Papa Benedittu XVI matul din is-sena hatru bhala l-patrun
tas-sacerdoti kollha. It-tema maghzula mill-Papa ghal din
is-sena hija: "Fedeltà ta’ Kristu, fedeltà tas-sacerdot."
Il-Knisja kollha mhegga tirrifletti fuq id-don tas-sacerdot
fil-Knisja u r-rwol importanti tieghu fost il-poplu ta’ Alla.
Ghaldaqstant f’dan il-ktieb P. Charlò
Camilleri, Karmelitan, joffri ftit hsibijiet sbieh u
importanti biex jghinuna nifhmu aktar l-identità u r-rwol
tas-sacerdot fil-Knisja. |
|
|
|
MIXJA LEJN
IL-ĦAJJA
Bhal
kull sena, qed nippubblikaw il-ktieb li
jigbor fih il-katekezi li dehret fuq dan il-fuljett matul is-sena
shiha. F’idejna ghandna taghrif interessanti hafna dwar is-Sagrament
taz-Zwieg. Dan it-taghrif, minn l-id esperta ta’ P. Gorg Zammit
OFMConv., jista’ jghinna biex insiru nafu ahjar dan is-Sagrament, li
fuqu bhalissa qed jqumu hafna diskussjonijiet fid-dinja u f’pajjizna. |

|
|
JIENA NEMMEN
Wara li ghaddew hamsin sena mill-Koncilju
Vatikan II, u ghoxrin mit-tnedija
tal-Katekizmu tal-Knisja Kattolika, il-Papa Emeritu Benedittu XVI
xtaq li s-sena 2012-2013 tkun iddedikata lill-Fidi. Kif qal dan il-Papa
innifsu fil-ftuh tas-Sena tal-Fidi, id-dokumenti
tal-Konclju Vatikan II u l-Katekizmu tal-Knisja Kattolika huma
espressjoni hjja tal-Vanglu u l-fidi fil-Knisja. Ghalhekk
huwa importanti li nkunu nafu l-kontenut tal-fidi taghna
biex inkunu nistghu nitheggu
u niggeddu bla
waqfien bhala dixxipli tal-Mulej. Ghaldaqstant
f’din is-sena ddedikata ’l-Fidi, il-Publikazzjoni
CAK hasbet li toffri sensiela ta’
artikli dwar il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika biex kulhadd
ikun jaf dak li tghid il-Knisja u kif
nistghu nghixu ahjar
id-don tal-fidi f’hajjitna. P. Alfred
Calleja, Ministru Provincjal tal-Patrijiet
Minuri Konventwali, f’dan il-ktejjeb jipprezentalna dan it-taghim,
filwaqt li jghinna naghlu r-riflessjonijiet
taghna, jaghina daqqa t’id biex
napplikawha ghall-hajja
ta’ kuljum.
|

|
|
|
|
IT-TGĦANNIQA TAL-MISSIER
Fil-parabbola tal-Iben il-Ħali (Lq 15: 11-32), l-attenzjoni tmur l-aktar fuq
il-missier li laqa’ lil ibnu mingħajr ma
qagħad jaħsibha. Ħafna
drabi ninsew li l-iben mar lura għand
missieru diġà bir-rieda
għar-rikonċiljazzjoni miegħu: "Missier,
dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek; ma
jistħoqqlix iżjed nissejjaħ ibnek" (v. 21).
Mhux biss ammetta dnubietu imma kien
ippreparat jagħmel minn kollox biex jerġa’
jitħabbeb ma’ missieru. L-iben ittama fit-tgħanniqa
ta’ missieru, iżda ma ħassx li kellu dritt
għaliha. Il-ġustizzja titlob li l-iben jieħu
dak li ħaqqu, imma l-missier, b’qalb
imqanqla bil-ħniena għall-imsejken ibnu,
minflok, għamillu festa. Din hija l-istess
festa li tistenniena kull darba li
nersqu lejn is-sagrament tal-qrar.
|
 |
|
|
STAQSINI 20
Quddiem
żviluppi daqshekk mgħaġġla li qed iseħħu
f’diversi oqsma xjentifiċi u teknoloġici li
l-konverġenzi tagħhom qed iqanqlu
mistoqsijiet fundamentali fil-qasam
tal-bijoetika, is-socjetà ċivili għandha d-dritt
mhux biss li tkun infurmata sewwa b’dak
kollu li jista’ jħalli impatt fuq il-ħajja
ta’ kull ċittadin, fis-soċjetà in ġenerali u
fl-ambjent ta’ madwarna, iżda fuq kollox li
jingħatawlha l-ħiliet meħtieġa biex tieħu
sehem b’mod attiv fid-dikussjonijiet
pubbliċi dwar dan il-fenominu ta’
żminijietna. Dan il-ktieb għandu jservi ta’
għodda tajba ta’ informazzjoni għal kull min
jaqrah biex b’hekk tissaħħah il-kultura
bijoetika ta’ pajjiżna. Huwa ta’
sodisfazzjoni kbir għalija li Fr Josef ħa
din l-inizjattiva biex jippubblika dan l-ktieb
b’għoxrin mistoqsija u tweġiba dwar qasam
daqshekk kumpless u kontroversjali bħalma
hija l-bijoetika.
|
 |
|
|
12
AMMEN
Kull meta nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjoni
Ewkaristika għal tnax-il darba ngħidu AMMEN!
Għalfejn u xi jfissru dawn il-mumenti? Dan
tistgħu tiskopruh f’dan il-ktieb tas-soru
Laura Cenci u s-saċerdot Walter Lobina, it-tnejn
tas-Società San Paolo, li b’mod ċar u preċiż
jikkummentaw u jistiednu għar-riflessjoni
dwar l-parteċipazzjoni tagħna fil-Quddiesa
meta ngħidu AMMEN. Għalkemm dan huwa l-ġabra
tal-artikli li dehru f’dan il-fuljett
fil-Ħdud ta’ matul is-sena, il-ktieb fih
ħafna aktar materjal u approfondiment ta’
dan is-suġġett.
|
 |
|
|
MORRU GĦALLMU L-ĠNUS
KOLLHA
Il-Knisja hija Appostolika għaliex hija
mibnija fuq il-pedamenti tal-Appostli, u
dawn intbagħtu biex ixandru l-Bxara t-Tajba
lill-bnedmin kollha. Għaldaqstant il-Knisja
tħares u twassal, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu,
li jgħammar fiha, it-tagħlim permezz
tal-uffiċċju fdat personalment mill-Mulej
lil San Pietru, l-ewwel fost l-Appostli.
Is-Suċċessuri ta’ San
Pietru huma fid-dmir li jgħallmu. Il-Knisja
titkellem bil-fidi u bl-esperjenza twila
tagħha. Hi titkellem mad-dinja kollha, għax
tfittex u tqassam il-ġid veru li mhuwiex ta’
din id-dinja u tkompli l-missjoni ta’ Kristu
u l-kmand tal-Mulej li nwasslu l-Bxara t-Tajba
lill-bnedmin kollha.
|
 |
|
|
|
|
|
-
BACK - |
|
|
|
|
|